Micallef Joe TravelĠiti Sajf 201893, Triq San Tumas, Ħamrun. • Tel: 2122 8586 • Mob: 9947 1167 Micallef Joe TravelEmail: [email protected] • Web: www.micallefjoetravel.com
Messaġġ 3Catania – Taormina – Ċentru Kummerċjali 4Catania – Ikla Buffet – Aci Trezza – Ċentru Kummerċjali 4Catania – Porte di Catania 5Catania – Centro Sicilia – Porte di Catania 5Vittoria – Ikla stil Sqalli – Ċentru Kummerċjali – Modica 6Degustazzjoni ta’ prodotti tipiċi żona Kamarina 6Etnaland 7Chiaramonte Gulfi – Kantina tal-inbid – Ikla Stil Sqalli –Ċentru Kummerċjali 8Prodotti tipiċi – Ragusa Ibla – Ikla stil Sqalli – Ċentru KummerċjaliTaormina – Gole d’Alcantara – Ċentru Kummerċjali 8Sicilia Outlet Village – Ċentru kummerċjali 9Costa Brava 9Siracusa – Ortigia – Ikla stil Sqalli – Ċentru Kummerċjali 10Noto – Marzamemi – Kantina tal-inbid – Ikla stil Sqalli – La Fortezza 11Trecastagni 11Mill-Ħamis sal-Ħadd 12Mis-Sibt sat-Tlieta 14Palermo 16Santa Marija 18It-tour ta’ Calabria 20Polonja 22Weekend Break 24Kundizzjonijiet 26 27
MessaġġGħeziez ħbieb ,Erġajt għal sena’ħra, qed nikteb dan il-messaġġ fil-browxer, Sajf 2018. Bħal ma nagħmlu ta’ kull sena, dejjem infittxu li noffrulkom ġiti varji li jkunu ta’ divertiment għal familja kollha. L-iskop tagħna hu li bħal dejjem ikollna ġitital-aqwa kwalità u li jkunu għal but ta’ kulħadd.F’dan il-browxer ser issibu tours ta’ ġurnata għal xiri, agrituriżmu, kultura, ubosta tours ta’ divertiment kontinwu bħalma hija ġurnata sħiħa ġewwa Etnaland.Kif jaf kulħadd ir-rotta li aħna nispeċjaliżżaw fiha hija dik lejn Sqallija. Għaldarb’oħra ser jerġa’ jkollna gruppi tant popolari magħkom ta 4 t’ijiem lejn iż-żona ta’ Taormina, b’kolazzjon u bl-ikla ta’ filgħaxija buffet. Ser ikollna ġiti oħrajnġodda t’4 t’ijiem lejn iż-żona ta’ Modica. Tour ieħor popolari li ser nerġgħu noffruhuwa dak lejn Palermo.Apparti Sqallija, ser nerġgħu għal darb’oħra noffru t-tour tant popolari ta’Calabria. Għal dan it-tour nitlobkom taħsbu kmieni minħabba d-domandaqawwija li ta’ kull sena jkollna għalih.F’Mejju ser jerġa jkollna l-programm għal festa fi Trecastagni li ser ikun bejnid-09 u t-13 ta’ Mejju.Tour ieħor ferm interessanti u li ser isir għat-tielet sena konsekuttiva huwa t-tourlejn il-Polonja, destinazzjoni li saret ferm popolari mal-Maltin.Qabel nagħlaq dan il-messaġġ, nieħu l-opportunità biex minn qalbi nirringrazzjalil eluf ta’ ħbieb li baqgħu jiġu magħna. Nirringrazzja lill gruppi li ta’ kull senajkunu qed jistennew is-sajf ħalli jiġu jqattgħu ġurnata Sqallija magħna. Grazzililkom li tant tagħmlulna kuraġġ u li wassaltuna fejn ninsabu llum. Grazzi minnqalbi ngħid ukoll lill gwidi tagħna li huma magħrufin għad-dedikazzjoni u l-ħeġġabiex iżommu lill kullħadd kuntent u ferħan.Kif dejjem inħobb nagħlaq huwa billi nsemmi s-slogan oriġinali tagħna, ĦADDMA JISTA JURIK SQALLIJA AĦJAR. Huwa slogan li jagħmlilna tant kuraġġ u linibqgħu ngħożżu għal dejjem.Joe Micallef
Catania – Taormina – Ċentru kummerċjali Is-Sibt u l-Ħamis Il-prezz jinkludi: • Vjaġġ bil-katamaran • Coach magħna l-ġurnata kollha • Xiri mis-suq ta’ Catania • Eskursjoni lejn Taormina • Xiri minn ċentru kummerċjali • Tour leader ta’ Micallef Joe Travel • Taxxi nklużi fil-prezz Catania – Ikla Buffet – Aci Trezza – Ċentru kummerċjali Is-Sibt u l-Ħamis Il-prezz jinkludi: • Vjaġġ bil-katamaran • Coach magħna l-ġurnata kollha • Xiri mis-suq ta’ Catania • Ikla buffet (drinks mhux inklużi) • Eskursjoni lejn Aci Trezza • Xiri minn ċentru kummerċjali • Tour leader ta’ Micallef Joe Travel • Taxxi nklużi fil-prezz Prezz kull persuna Taormina Acicastello €117 €129 Prezz kbar April €130 €138 Prezz kbar f’Mejju u f’Ġunju €154 €162 Prezz kbar sas-17 ta’ Lulju u Settembru €161 €169 Bejn it-18 ta’ Lulju €47 €58 u l-31 t’Awwissu B’xejn B’xejn Tfal taħt l-14-il sena Tfal taħt l-4 snin Jekk joġgħbok aqra l-kundizzjonijiet f’paġna 27 qabel tibbukja4
Catania – Porte di Catania Is-Sibt u l-Ħamis Il-prezz jinkludi: • Vjaġġ bil-katamaran • Coach magħna l-ġurnata kollha • Xiri mis-suq ta’ Catania • Xiri minn Porte di Catania • Tour leader ta’ Micallef Joe Travel • Taxxi nklużi fil-prezz (Bejn Novembru u April, kull nhar ta’ Sibt, ikollna gruppi għas-suq ta’ Catania u Porte di Catania.)Catania – Centro Sicilia – Porte di CataniaIs-Sibt u l-Ħamis Prezz kull persuna €110 Prezz kbar f’April €120Il-prezz jinkludi: Prezz kbar f’Mejju u f’Ġunju €144• Vjaġġ bil-katamaran Prezz kbar sas-17 ta’ Lulju u Settembru €151• Coach magħna l-ġurnata kollha Bejn it-18 ta’ Lulju u l-31 t’Awwissu €35• Xiri s-suq ta’ Catania Tfal taħt l-14-il sena B’xejn• Xiri minn Centro Sicilia Tfal taħt l-4 snin• Xiri minn Porte di Catania• Tour leader ta’ Micallef Joe Travel• Taxxi nklużi fil-prezzJekk joġgħbok aqra l-kundizzjonijiet f’paġna 27 qabel tibbukja 5
Vittoria – Ikla Stil Sqalli – Ċentru kummerċjali – ModicaIs-SibtIl-prezz jinkludi:• Vjaġġ bil-katamaran• Coach magħna l-ġurnata kollha• Xiri mis-suq ta’ Vittoria• Ikla stil Sqalli bl-ilma nbid u kafe’ nkluż• Xiri minn ċentru kummerċjali• Eskursjoni lejn Modica• Tour leader ta’ Micallef Joe Travel• Taxxi nklużi fil-prezzDegustazzjoni ta’ prodotti tipiċi żona KamarinaTlieta – Erbgħa – Ħamis – SibtIl-prezz jinkludi:• Vjaġġ bil-katamaran• Coach magħna l-ġurnata kollha• Żjara f’razzett fejn jipproduċu l-ġobon• Naraw fabbrika tal-ħelu tipiku Siċiljan• Degustazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa• Ikla stil Sqalli bl-ilma nbid u kafe’• Xiri minn ċentru kummerċjali• Tour leader ta’ Micallef Joe Travel• Taxxi nklużi fil-prezzPrezz kull persuna Vittoria Kamarina €128 €128Prezz kbar f’April €137 €137Prezz kbar f’Mejjuu f’Ġunju €161 €161Prezz kbar sas-17 ta’Lulju u Settembru €168 €168Bejn it-18 ta’ Lulju €56 €56u l-31 t’Awwissu B’xejn B’xejnTfal taħt l-14-il senaTfal taħt l-4 snin6 Jekk joġgħbok aqra l-kundizzjonijiet f’paġna 27 qabel tibbukja
Etnaland Prezz kull persuna €137 €148Is-Sibt u l-Ħamis Press kbar f’April (Themepark) €172 Prezz kbar f’Mejju u f’Ġunju (Themepark) €179Lulju – Awwissu – Settembru Prezz kbar sas-17 ta’ Lulju u Settembru €66 Bejn it-18 ta’ Lulju u l-31 t’Awwissu B’xejnIl-prezz jinkludi: Tfal taħt l-14-il sena• Vjaġġ bil-katamaran Tfal taħt l-4 snin• Coach magħna l-ġurnata kollha• L-entratura tal-funpark ta’ Etnaland inkluża fil-prezz• Tour leader ta’ Micallef Joe Travel• Taxxi nklużi fil-prezzId-diriġenti ta’ Etnaland javżaw li intom li tkunu qegħdinf’dan il-funpark u jkun hemm qtugħ ta’ dawl jew maltemp,għandhom id-dritt li jagħlqu l-park f’kull ħin tal-ġurnatamingħajr ma jingħataw ebda flus lura.Jekk joġgħbok aqra l-kundizzjonijiet f’paġna 27 qabel tibbukja 7
Chiaramonte Gulfi – Kantina tal-inbid – Ikla stil Sqalli – Ċentru kummerċjaliIl-Ħamis – Is-Sibt – Il-ĦaddIl-prezz jinkludi:• Vjaġġ bil-katamaran• Coach magħna l-ġurnata kollha• Eskursjoni lejn Chiaramonte Gulfi fejn naraw kollezzjoni t’affarijiet antiki, għasafar, oġġetti sagri u ta’ żmien il-gwerra• Żjara f’kantina tal-inbid• Ikla stil Sqalli bl-ilma nbid u kafe’• Xiri minn ċentru kummerċjali• Tour leader ta’ Micallef Joe Travel• Taxxi nklużi fil-prezzProdotti tipiċi – Ragusa Ibla – Ikla stil Sqalli – Ċentru kummerċjaliIt-Tlieta – Il-Ħamis – Is-Sibt – Il-Ħadd Prezz kull persuna C. Gulfi Ragusa Ibla €132 €128Il-prezz jinkludi: Prezz kbar f’April• Vjaġġ bil-katamaran Prezz kbar f’Mejju €140 €137• Coach magħna l-ġurnata kollha u f’Ġunju• Inżuru kantina tal-inbid Prezz kbar sas-17 ta’ €164 €158• Inżuru fejn jipproduċu l-ġobon Lulju u Settembru• Eskursjoni lejn Ragusa Ibla Bejn it-18 ta’ Lulju €171 €165• Ikla stil Sqalli bl-ilma nbid u kafe’ u l-31 t’Awwissu• Xiri minn ċentru kummerċjali Tfal taħt l-14-il sena €58 €55• Tour leader ta’ Micallef Joe Travel Tfal taħt l-4 snin B’xejn B’xejn• Taxxi nklużi fil-prezz8 Jekk joġgħbok aqra l-kundizzjonijiet f’paġna 27 qabel tibbukja
Taormina – Gole d’Alcantara – Ċentru kummerċjali Is-Sibt u l-Ħamis Il-prezz jinkludi: • Vjaġġ bil-katamaran • Coach magħna l-ġurnata kollha • Eskursjoni lejn Taormina • Eskursjoni x-xmara Gole d’Alcantara (taraġ/lift extra) • Xiri minn ċentru kummerċjali • Tour leader ta’ Micallef Joe Travel • Taxxi nklużi fil-prezz Sicilia Outlet Village u Ċentru KummerċjaliIs-Sibt u l-ĦamisIl-prezz jinkludi:• Vjaġġ bil-katamaran• Coach magħna l-ġurnata kollha• Xiri minn Sicilia Outlet Village• Xiri minn ċentru kummerċjali• Tour leader ta’ Micallef Joe Travel• Taxxi nklużi fil-prezz Prezz kull persuna Taormina/Gole Outlet Village Prezz kbar f’April €128 €120 Prezz kbar f’Mejju u f’Ġunju €135 €129 Prezz kbar sas-17 ta’ Lulju u Settembru €158 €153 Bejn it-18 ta’ Lulju u l-31 t’Awwissu €165 €160 Tfal taħt l-14-il sena Tfal taħt l-4 snin €57 €47 B’xejn B’xejnJekk joġgħbok aqra l-kundizzjonijiet f’paġna 27 qabel tibbukja 9
Costa BravaInżuru: Barcellona, Montserrat, Port Aventura,Tordera Market, Tossa de Mar, il-funtani ta’ Barcellona,Girona, Lloret De Mar u postijiet oħra.€379Prezz minn Grupp 01: 13-20 t’Awwissu Grupp 02: 27 t’Awwissu – 03 ta’ Settembru Grupp 03: 03-10 ta’ Settembru X’jinkludi l-prezz: • Titjiriet diretti bl-Vueling Air Line • 7 iljieli akkomodazzjoni Bed & Breakfast fil-lukanda Garbi Park 4 stilel fiċ-ċentru ta’ Loret de Mar. Din il-lukanda hija mgħammra bl-arja kundizzjonata u l-kmamar kollha mgħammra b’toilet, banju jew doccia eċċ. • Transfers b’coach privata ajruport/lukanda/ajruport • Tour leader t’esperjenza • Grupp 1 - 7 Buffet breakfast u ikla ta’ filgħaxija • Grupp 2 u 3 - 7 Buffet breakfast • Taxxa tal-ajru nkluża • Insolvency Fund L-eskursjonijiet Kbar Tfal Barcellona (full day) €35 €18 Montserrat u funtani €39 €18 Tordera (nofs ta’ nhar) €20 €10 Flamengo – Casino €40 €22 Girona u Tossa De Mar (ġurnata) €30 €15 Port Avventura (inkluż biljett tad-dħul) €64 €50 Total tal-eskursjonijiet €228 €133Prezz kull persuna Grupp 1 Prezz Grupp 2 Prezz Grupp 3 Prezz HALF BOARD Speċjali* BED & Speċjali* BED & Speċjali* 3 Adulti f’kamra BREAKFAST BREAKFAST 2 Adulti f’kamra €688 €588 €479 €379 €718 €618 €579 €509 €479 €399 Adult f’kamra €868 €768 €609 €659 €499 €499Tifel /la ma 2 Adulti €489 €389 €759 €299 €599 €229 €399 €89 €329 €89 Half Board Sup €89 €89 Grupp 1: *Prezz speċjali jgħodd jekk tieħu l-eskursjonijiet kollha (HALF BOARD INKLUŻ FIL-PREZZ) Grupp 2: *Prezz speċjali jgħodd jekk tieħu l-eskursjonijiet kollha u l-half board10 Jekk joġgħbok aqra l-kundizzjonijiet f’paġna 27 qabel tibbukja
Siracusa – Ortigia – Ikla stil Sqalli – Ċentru Kummerċjali Tlieta – Erbgħa – Ħamis – Ġimgħa – Sibt Il-prezz jinkludi: • Vjaġġ bil-katamaran • Coach magħna l-ġurnata kollha • Żjara fis-Santwarju tal-Madonna tad-Dmugħ ġewwa Siracusa • Eskursjoni lejn Ortigia, l-eqdem parti fi Sqallija • Ikla stil Sqalli bl-ilma nbid u kafe’ • Xiri minn ċentru kummerċjali • Tour leader ta’ Micallef Joe Travel • Taxxi nklużi fil-prezzNoto - Marzamemi – Ikla stil Sqalli – La FortezzaTlieta – Ġimgħa – Sibt Prezz kull persuna Siracusa Noto Prezz kbar f’April €139 €137Il-prezz jinkludi: Prezz kbar f’Mejju u f’Ġunju €147 €146• Vjaġġ bil-katamaran Prezz kbar sas-17 ta’ €170 €169• Coach magħna l-ġurnata kollha Lulju u Settembru• Eskursjoni lejn il-villaġġ barokk ta’ Noto Bejn it-18 Lulju u €178 €177• Inżuru kantina tal-inbid l-31 t’Awwissu €67 €66• Passiġġata f’Marzamemi Tfal taħt l-14-il sena B’xejn B’xejn• Ikla stil Sqalli (Għażla bejn ikla ħut jew laħam).* Tfal taħt l-04 snin• Xiri minn ċentru kummerċjali• Tour leader ta’ Micallef Joe Travel• Taxxi nklużi fil-prezz *Tfal ikollhom menu għalihomJekk joġgħbok aqra l-kundizzjonijiet f’paġna 27 qabel tibbukja 11
Il-Festa ta’ Trescastagni Mid-09 sat-13 ta’ Mejju Prezz minn €445 L-Erbgħa 09 ta’ Mejju Niltaqgħu mat-tour leader fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta sagħtejn qabel sabiex nagħmlu ċ-check-in għat- titjira tagħna Km640 fit-05.45am. Mal-wasla tagħna ġewwa Catania, insibu l-kowċ tistenniena biex immorru lejn Ognina fejn ikollna waqfa għal min irid jieħu kolazzjon (optional). Nibdew il-ġurnata fejn immorru Acireale. Flimkien mat-tour leader ikollna passiġġata fit-triq prinċipali li hi mimlija bi ħwienet, knejjes fuq stil barokk u anke l-ġnien tal-komun. Immorru lejn il-lukanda t’4 stilel fl-inħawi ta’ Taormina għas-sistemazzjoni tal-kmamar u għal ħabta ta’ nofs inhar ikollna l-ikel buffet u ħin ta’ mistrieħ. Filgħaxija nitilqu lejn Trecastagni għall-festa ddedikata lit-tliet qaddisin aħwa Kristjani li kienu mietu martri minħabba t-twemmin tagħhom. Naraw numru ta’ nies minn kull naħa tar-raħal telgħin mexjin ħafjin, b’xemgħat kbar fuq spallejhom. Dawn ikunu wegħdiet li jkunu għamlu matul is-sena. Ikollna ħin naraw spettaklu tal-logħob tan-nar pirotekniku. Kif jispiċċa n-nar, tard filgħaxija nirritornaw lejn il-lukanda. Il-Ħamis 10 ta’ Mejju Kolazzjon buffet fil-lukanda. Illum immorru lejn Trecastagni. Illum jarma suq għall-okkażjoni. Waqt il-ħruġ tal-purċissjoni tinħaraq kaxxa nfernali. Wara nitilqu lejn Mt. Etna. Jkollna ħin għal passiġġata fuq waħda mill-bokok u anke ħin fejn il-ħwienet tas-souvenirs. Lura lejn il-lukanda għall-ikla buffet ta’ filgħaxija. Il-Ġimgħa 11 ta’ Mejju Kolazzjon buffet fil-lukanda. Filgħodu mmorru lejn Taormina li hi l-ġawhra ta’ Sqallija. Passiġġata fi Triq Umberto li hi mimlija ħwienet u veduti tal-vulkan Etna u Giardini Naxos. Wara mmorru lejn Savoca. Dan il-post magħruf għal ġbid tal-film ‘The God Father’. Ikollna passiġġata ma’ dan il-post fejn naraw bosta veduti sbieħ. Lura lejn il-lukanda għall-ikla buffet ta’ filgħaxija. Is-Sibt 12 ta’ Mejju Kolazzjon buffet fil-lukanda. Illum immorru Catania fejn ikollna ħin għal xiri mis-suq jew mill-ħwienet li hemm ġewwa12 Jekk joġgħbok aqra l-kundizzjonijiet f’paġna 27 qabel tibbukja
Via Etnea. Għal min irid ukoll jista’ jagħmel passiġġata • Kuljum kolazzjon buffet u ikla ta’ filgħaxija buffet;lejn id-duomo jew il-ġnien Bellini. Wara nitilqu għal Centro • L-eskursjonijiet kollha mħallsa;Sicilia, ċentru kummerċjali li fih madwar 150 ħanut tad-ditti. • Inżuru: Ognina, Catania, Savoca, Randazzo, Taormina,Lura lejn il-lukanda għal ikla buffet.Il-Ħadd 13 ta’ Mejju Trecastagni, Acireale, Gole d’Alcantra, Etna u PorteKolazzjon buffet fil-lukanda. Illum l-aħħar jum ngħabbu di Catania;l-bagalji fil-coach u mmorru lejn Randazzo. Dan il- • Tour leader ta’ Micallef Joe Travel;post magħruf għas-suq tal-Ħadd. Min irid ukoll jista’ • Taxxi nklużi fil-prezz;jisma quddiesa fil-bażilika. Wara mmorru x-xmara Gole • Insolvency Fund.d’Alcantara. Dan il-post naturali magħruf għax-xenarju lijoffri. Min irid jista’ jinżel ħdejn ix-xmara permezz tal-lift / Prezz kull persuna €445taraġ ħlas extra fejn hawnhekk naraw ilma ġieri li aktar mal- 3 Adulti f’kamra €455klima tkun sħuna aktar dan l-ilma jkun kiesaħ għax ikun qed 2 Adulti f’kamra €535jinħall is-silġ. L-aħħar waqqfa tagħna tkun Porte di Catania, Adult f’kamra €345ċentru kummerċjali li fih madwar 150 ħanut tad-ditti fosthom Tfal taħt it-12-il sena (ma 2 adulti)Auchan li hu mqassam fuq 2 sulari. Minn hawnhekk immorrulejn l-ajruport ta Catania għat-titjira tagħna lura mal-Airmalta Mhux inkluż fil-prezzKM647 fil-23.20. • City tax kull persuna kull lejl u jitħallsu direttament il-Il-prezz jinkludi:• Titjira diretta mal-Air Malta lejn Catania u lura; lukanda l-aħħar ġurnata;• Lukanda t’ 4 stilel li tinsab fl-inħawi ta’ Taormina; • Drinks waqt l-ikel; • Insurance.Jekk joġgħbok aqra l-kundizzjonijiet f’paġna 27 qabel tibbukja 13
Erbat’ijiem ġewwa Sqallija għall-familja kollha mill-Ħamis sal-Ħadd: Lulju 05 - 08, 12 - 15, 19 - 22, 26 - 29 Lulju 30 - 02 Awwissu, Awwissu 02 - 05, 23 - 26, 30 - 02 Settembru, Settembru 06 - 09, 20 - 23 L-Ewwel Ġurnata Niltaqgħu s-Sea Terminal il-Marsa sagħtejn qabel it-tluq tagħna. Flimkien mat-tour leader nagħmlu ċ-check in biex fil- 05.00am nitilqu lejn Pozzallo. Mal-wasla tagħna fil-port insibu pullman privata fejn immorru għal kolazzjon opzjonali. Nibdew il-ġurnata tagħna fejn inżuru fabbrika li jagħmlu l-pastini Siċiljani. Wara mmorru Chiaramonte Gulfi. Flimkien mat-tour leader ikollna passiġġata fiċ-ċentru storiku fejn naraw kollezzjoni ta’ Għasafar ibbalzmati, strumenti tal-mużika, għodda li kienu jużaw fl-antik, oġġetti sagri u taż-żmien il-gwerra. Ikollna waqqfa għal xiri miċ-ċentru kummerċjali Ibleo. Nitilqu lejn il-lukanda t’4 stilel fl-inħawi ta’ Modica. Sistemazzjoni tal- kmamar mit-tour leader u filgħaxija ikla fil-lukanda. It-Tieni Ġurnata Kolazzjon buffet fil-lukanda. Wara l-kolazzjon immorru lejn il-vilaġġ barokk ta’ Noto. Flimkien mat-tour leader nagħmlu passiġġata fit-triq prinċipali fejn naraw bosta knejjes fuq stil barokk. Lura lejn il-lukanda għall-ikel u ħin liberu. Filgħaxija mmorru lejn Modica. Dan il-post magħruf għaċ-ċikkulata pura. Ikollna degustazzjoni taċ-ċikkulata u anke passiġġata fejn naraw jiddomina l-bini tal-arloġġ. It-Tielet Ġurnata Kolazzjon buffet fil-lukanda. Illum filgħodu mmorru lejn Vittoria. Hawnhekk jarma suq popolari f’dawn in-naħat. Nirritornaw lura lejn il-lukanda għall-ikel u ħin liberu. Filgħaxija mmorru lejn Ragusa Ibla. Passiġġata mat-tour leader fejn naraw il-ġnien tal-komun u l-katidral ta’ San Ġorġ Ikollna ħin liberu għal min irid idur il-ħwienet tas-souvenirs jew jiekol f’wieħed mir-ristoranti li joffri dan il-post. Lura lejn il-lukanda. Ir-Raba’ Ġurnata Kolazzjon buffet Illum l-aħħar jum ngħabbu l-bagalji u nitilqu lejn Siracusa. Hawnhekk naraw is-santwarju tal-Madonna tad-dmugħ. Wara mmorru lejn Ortigia. Jiddomina fuq din il- gżira naraw il-funtana Archimedes, il-fonti Aretusa u l-pjazza tal-Katidral. Wara jkollna ikla buffet (xorb mhux inkluż). Wara l-ikel immorru Centro Sicilia. Ħin liberu għal xiri minn dan iċ-ċentru kummerċjali li fih 150 ħanut. Lura lejn il-port ta’ Pozzallo għat-tluq tagħna lura lejn Malta.14 Jekk joġgħbok aqra l-kundizzjonijiet f’paġna 27 qabel tibbukja
Prezz kull persuna Lulju u Awwissu Settembru 3 Adulti f’Kamra €425 2 Adulti f’Kamra €415 €435 Adult f’Kamra €425 €515 Tfal taħt l-14 (ma’ 2 adulti) €505 €270 Tfal taħt l-4 snin €260 B’xejn**F’każ ta’ cot, ħlas extra B’xejn*Il-prezz jinkludi:• Vjaġġ bil-Katamaran lejn Pozzallo u lura;• Lukanda t’4 stilel li tinsab fl-inħawi ta’ Modica;• Kuljum kolazzjon buffet u ikla;• L-użu tal-pixxina ta’ barra;• L-eskursjonijiet inklużi;• Inżuru: Chiaramonte Gulfi, Ibleo Ċentru Kummerċjali, Noto, Modica, Ragusa Ibla, Vittoria, Siracusa, Ortigia u Centro Sicilia;• Ikla buffet l-aħħar ġurnata;• Tour leader ta’ Micallef Joe Travel;• Taxxi nklużi fil-prezz;• Insolvency Fund.Mhux inkluż fil-prezz:• City tax kull persuna, kull lejl u jitħallsu direttament il- lukanda l-aħħar ġurnata;• Drinks waqt l-ikel;• Insurance.Jekk joġgħbok aqra l-kundizzjonijiet f’paġna 27 qabel tibbukja 15
Erbat’ijiem ġewwa Sqallija għall-familja kollha mis-Sibt sat-Tlieta Ġunju: 30 sal-03 ta’ Lulju; Lulju 07 - 10, 14 - 17, 21 - 24, 28 - 31; Awwissu 04 - 07, 25 - 28; Settembru: 01 - 04, 08 - 11 L-Ewwel Ġurnata Niltaqgħu s-Sea Terminal il-Marsa sagħtejn qabel it-tluq tagħna. Flimkien mat-tour leader nagħmlu ċ-check in biex fil-05.00am nitilqu lejn Pozzallo. Mal-wasla tagħna fil-port nsibu pullman privata u nitilqu lejn Catania. Ħin liberu għal xiri mis-suq popolari mal-Maltin. Inkomplu din il-ġurnata fejn nitilqu lejn Gole d’Alcantara. Dan il-post naturali magħruf għax-xenarju li joffri. Min irid jista’ jinżel ħdejn ix-xmara permezz tal-lift / taraġ ħlas extra fejn hawnhekk naraw ilma ġieri li aktar mal-klima tkun sħuna aktar dan l-ilma jkun kiesaħ għax ikun qed jinħall is-silġ. Nitilqu għal lukanda li tinsab fl-inħawi ta’ Taormina, fejn ikollna s-sistemazzjoni tal- kmamar u filgħaxija ikla buffet fil-lukanda. It-Tieni Ġurnata Kolazzjon buffet fil-lukanda. Illum nitilqu lejn Randazzo li jinsab fil-parti ta’ wara l-vulkan Etna. Hawnhekk nistgħu nżuru s-suq popolari li jarma l-Ħadd. Min irid jista’ jagħmel passiġġata jew anke jisma’ quddiesa fil-Bażilika. Wara nofsinhar nitilqu lejn il-lukanda għal ħin ta’ mistrieħ. Min irid jista’ jinżel jgħum fil-pixxina tal-lukanda. Wara l-ikla buffet ta’ filgħaxija jkollna l-eskursjoni għal Taormina by night. It-Tielet Ġurnata Kolazzjon buffet fil-lukanda. Illum ġurnata sħiħa ġewwa l-park Etnaland. Post ta’ divertiment kemm għall-kbar u kemm għat-tfal. Dan il-park huwa attrezzat b’pixxini kbar u b’animaturi li jallegraw il-ġurnata kollha. Post rilassanti. Filgħaxija nirritornaw il-lukanda għall-ikla buffet. Ir-Raba’ Ġurnata Kolazzjon buffet fil-lukanda. Illum l-aħħar jum ngħabbu l-bagalji u nitilqu lejn Savoca. Min irid flimkien mat-tour leader immorru għal passiġġata ma dan il-post fejn naraw bosta veduti u anke l-bar Vitelli fejn inħadmu bosta xeni mill-film Il Padrino. Wara jkollna ikla buffet. L-aħħar waqfa tagħna tkun Porte di Catania għall-aħħar xiri. Nirritornaw lura l-port ta’ Pozzallo għal vjaġġ lura lejn Malta bil- katamarann.16 Jekk joġgħbok aqra l-kundizzjonijiet f’paġna 27 qabel tibbukja
Prezz għal kull persuna 30 Ġunju - 03 Lulju Mis-07 sas-17 ta’ Lulju Mill-21 ta’ Lulju Mill-01 sal-11 ta’ Settembru sal-31 t’Awwissu3 Adulti f’Kamra €4052 Adulti f’Kamra €415 €445 €470Adult f’Kamra €475 €455 €480Tfal taħt l-14-il sena (ma’ 2 adulti) €240 €515 €550Tfal taħt l-4 snin B’xejn €255 €260 B’xejn B’xejnIl-prezz jinkludi: Mhux inkluż fil-prezz:• Vjaġġ bil-Katamaran lejn Pozzallo u lura; • City tax Kull persuna kull lejl u jitħallsu direttament il-• Lukanda t’4 stilel li tinsab fl-inħawi ta’ Taormina; lukanda l-aħħar ġurnata;• Kuljum kolazzjon buffet u ikla ta’ filgħaxija buffet;• L-eskursjonijiet nklużi; • Drinks waqt l-ikel;• Inżuru: Catania, Taormina, Gole d’Alcantra, Randazzo, • Entratura ta’ Etnaland Kbar €22; • Tfal sa 1m 40cm €13; Savoca, Etnaland, Porte di Catania; • Insurance.• Tour leader ta’ Micallef Joe Travel;• Taxxi nklużi fil-prezz; *Mit-08 sal-11 ta’ Settembru• Insolvency Fund. flok Etnaland immorru MessinaJekk joġgħbok aqra l-kundizzjonijiet f’paġna 27 qabel tibbukja 17
Palermo Tour ta’ Ħamest’ijiem ġewwa l-Belt Kapitali ta’ Sqallija Mill-05 sad-09 ta’ Lujlu Il-Ħamis 05 ta’ Lulju Niltaqgħu s-Sea Terminal għal ħabta tat-3.30am biex flimkien nagħmlu ċ-check in. Fil-05.00am nitilqu lejn Pozzallo bil-katamaran. Mal-wasla tagħna ġewwa l-port nsibu l-pullman privata fejn nibdew bl-ewwel eskursjoni ġewwa Catania. Ħin għal xiri mis-suq jew mill-ħwienet ta’ Via Etnea. Wara nibqgħu sejrin lejn il-lukanda t’4 stilel viċin Palermo. Hawnhekk sistemazzjoni tal-kmamar mit-tour leader u filgħaxija ikla buffet fil-lukanda. Il-Ġimgħa 06 ta’ Lulju Kolazzjon buffet fil-lukanda. Wara l-kolazzjon imorru lejn Palermo. Din il-belt kapitali magħrufa bħala l-belt kulturali għax toffri bosta monumenti, teatri u bini ieħor storiku li wieħed ikun jista’ jżurhom faċilment. Jarma wkoll suq fil-qalba ta’ din il-belt. Wara nitilqu lejn l-għolja ta’ Montepellegrino fejn naraw is-Santwarju ta’ Santa Rosalia li ħelset lil Palermitani mill-marda qerrieda tal-pesta. Lura lejn il-lukanda għall-ikla buffet ta’ filgħaxija. Is-Sibt 07 ta’ Lulju Wara l-kolazzjoni buffet fil-lukanda, nibdew il-ġurnata billi jkollna l-eskursjoni għal Trapani, magħrufa ma’ dawn in-naħat għall-istil barokk li toffri speċjalment il-knejjes u l-palazzi. Wara nitilqu lejn l-għolja ta’ Erice. Fost siti ta’ nteress ġo dan ir-raħal insibu l-Kastell Venus li jinsab mibni fuq għolja, d-Duomo ddedikat lil Santa Maria u t-toroq dojoq u siekta. Lura l-lukanda għall-ikla buffet ta’ filgħaxija. Il-Ħadd 08 ta’ Lulju Kolazzjon buffet fil-lukanda. Illum filgħodu libera. Hawnhekk wieħed jista’ juża’ l-faċilitajiet li toffri din il-lukanda bħal pixxina jew anke l-bajja privata tal-lukanda. Għal ħabta ta’ nofsinhar ikollna l-ikla buffet fil-lukanda. Filgħaxija jkollna l-eskursjoni għal Cefalu by night. Tard filgħaxija lura lejn il-lukanda. It-Tnejn 09 ta’ Lulju Kolazzjon buffet fil-lukanda. F’dan l-aħħar jum ngħabbu l-bagalji u nibqgħu sejrin lejn Centro Sicilia, għal xiri minn18 Jekk joġgħbok aqra l-kundizzjonijiet f’paġna 27 qabel tibbukja
dan il-kumpless. Inkomplu din il-ġurnata billi nagħmlu waqfa Il-prezz jinkludi:ġewwa Aci Castello. Hawnhekk ikollna passiġġata ħdejn il-baħar, fejn jiddomina l-kastell li dan il-post imsemmi għalih. • Vjaġġ bil-katamarann lejn Pozzallo u lura;Nitilqu lura lejn il-port ta’ Pozzallo għall-vjaġġ lura lejn Malta • Lukanda t’4 stilel;bil-katamaran. • Kuljum kolazzjon buffet u ikla ta’ filgħaxija buffet; • L-eskursjonijiet kollha mħallsa; Prezz għal kull persuna: €585 • Inżuru: Catania, Palermo, Montepellegrino, Trapani, €595 3 Adulti f’Kamra €695 Erice, Cefalu, Centro Sicilia u Aci Castello; 2 Adulti f’Kamra €475 • Tour leader ta’ Micallef Joe Travel; Adult f’Kamra €350 • Taxxi nklużi; Tfal minn 12 sa taħt l-14 il sena €255 • Insolvency Fund. Tfal minn 4 sa taħt it-12 il sena (ma’ 2 Adulti ) B’xejn Tfal minn 2 sa taħt l-4 snin Mhux inkluż fil-prezz: Tfal taħt is-2 • City tax kull persuna kull lejl u jitħallsu €585Prezz minn direttament il-lukanda l-aħħar ġurnata; • Drinks waqt l-ikel; • Insurance.Jekk joġgħbok aqra l-kundizzjonijiet f’paġna 27 qabel tibbukja 19
Tour ta’ sitt’ijiem għall- Festa ta’ Santa Marija Mill-11 sat-18 t’Awwissu Is-Sibt 11 t’Awwissu Niltaqgħu s-Sea Terminal il-Marsa sagħtejn qabel it-tluq tagħna. Flimkien mat-tour leader nagħmlu ċ-check in biex fil-05.00am nitilqu lejn Pozzallo. Mal-wasla tagħna fil-port nsibu pullman privata, u mmorru Siracusa fejn inżuru s-santwarju tal-Madonna tad-dmugħ. Wara mmorru Ortigia flimkien mat-tour leader ikollna passiġġata fejn naraw il- fonti Aretusa, il-katidral u l-funtana Archimedes fost oħrajn. Inkomplu l-ġrurnata fejn immorru Centro Sicilia. Ħin għal xiri minn dan iċ-ċentru kummerċjali. Nitilqu għal lukanda li tinsab fl-inħawi ta’ Taormina, fejn ikollna s-sistemazzjoni tal- kmamar u filgħaxija l-ikla buffet fil-lukanda. Il-Ħadd 12 t’Awwissu Kolazzjon buffet fil-lukanda. Illum nitilqu lejn Randazzo. Dan il-post jinsab fuq il-pjanura ta’ Mt Etna. Tul it-triq naraw bosta rħula tipikament Sqallin. Mal-wasla tagħna f’Randazzo jkollna ħin biex nisimgħu quddiesa u anke min irid jista’ jagħmel xiri mis-suq. Inkomplu din il-ġurnata fejn se mmorru x-xmara Gole d’Alcantara. Min irid jista’ jinżel jgħum f’din ix-xmara (ħlas tat-taraġ/lift extra). Nirritornaw lura lejn il-lukanda l-ikla buffet ta’ filgħaxija. It-Tnejn 13 t’Awwissu Kolazzjon buffet fil-lukanda. Filgħodu ser immorru lejn Savoca. Passiġġata maċ-ċentru storiku fejn naraw bosta veduti sbieħ fosthom tal-vulkan Etna. Naraw ukoll il-bar Vitelli fejn ħadmu bosta mix-xeni tal-film The God Father. Nirritornaw lura lejn il-lukanda għall-ikel u ħin liberu. Filgħaxija mmorru għat-Themepark ta’ Etnaland. Tard filgħaxija lura lejn il-lukanda. It-Tlieta 14 t’Awwissu Kolazzjon buffet fil-lukanda. Illum ġurnata sħiħa ġewwa l-Waterpark ta’ Etnaland. Post ta’ divertiment kemm għall- kbar u kemm għat-tfal. Dan il-park huwa attrezzat b’pixxini kbar u b’animaturi li jallegraw il-ġurnata kollha. Lura lejn il-lukanda għall-ikla buffet ta’ filgħaxija.20 Jekk joġgħbok aqra l-kundizzjonijiet f’paġna 27 qabel tibbukja
L-Erbgħa 15 t’Awwissu ġo dan iċ-ċentru li fih 150 ħanut tad-ditti magħrufin magħnaKolazzjon buffet fil-lukanda. Filgħodu tkun libera. Min irid l-Maltin fostom Auchan li huwa mqassam fuq żewġ sulari.jista’ jinżel jgħum fil-pixxina tal-lukanda. Għal ħabta ta’ Lura lejn lejn il-port ta’ Pozzallo għall-vjaġġ tagħna bil-nofsinhar ikollna ikla buffet fil-lukanda u wara nofsinhar katamarann Jean de La Vallette għal Malta.ħin liberu. Filgħaxija immorru għall-festa ta’ Santa Marija litinsab ġewwa Messina. Naraw numru sabiħ ta’ nies jiġbdu Prezz għal kull persuna €845l-vara u naraw ukoll spettaklu tal-logħob tan-nar ġewwa €855l-port ta’ Messina. Tard filgħaxija lura lejn il-lukanda. 3 Adulti f’Kamra €1,055Il-Ħamis 16 t’Awwissu 2 Adulti f’Kamra €495Kolazzjon buffet fil-lukanda. Illum filgħodu libera. Għal ħabta Adult f’Kamra B’xejnta’ nofsinhar ikollna ikla buffet fil-lukanda u filgħaxija mmorru Tfal taħt l-14-il sena (ma’ 2 adulti)Taormina. Flimkien mat-tour leader ikollna passiġġata fi Tfal taħt l-4 snintriq prinċipali Umberto fejn fiha naraw bosta ħwinet tas-souvenirs, bars u ristoranti. Nirritornaw lura lejn il-lukanda. Il-prezz jinkludi:Il-Ġimgħa 17 t’AwwissuKolazzjon buffet fil-lukanda. Filgħodu immorru lejn Catania. • Vjaġġ bil-Katamarann lejn Pozzallo u lura;Ħin liberu għal min irid jagħmel xiri mis-suq jew minn Via • Lukanda t’4 stilel li tinsab ġewwa l-inħawi ta’ Taormina;Etnea. Wara mmorru Acitrezza. Passiġġata ħdejn il-baħar • Kolazzjon buffet u ikla buffet ta’ filgħaxija;fejn naraw faraglioni dei Ciclopi li huma blat mill-lava li • L-eskursjonijiet kollha mħallsa;qegħdin f’nofs ta’ baħar. Lura lejn il-lukanda għall-ikla buffet. • Ikla stil Sqalli bl-ilma, inbid u kafè l-aħħar ġurnata;Is-Sibt 18 t’Awwissu • Il-biljetti ta’ Etnaland;Kolazzjon buffet fil-lukanda. Illum l-aħħar jum ngħabbu • Inżuru: Siracusa , Ortigia, Centro Sicilia, Randazzo,l-bagalji tagħna fil-kowċ u nibdew din il-ġurnata billi mmorru Gole d’alcantara, Savoca, Catania, Etna, Taormina,lejn il-vulkan attiv fl-Ewropa, Etna. Hawnhekk nagħmlu Porte di Catania, Etnaland Themepark u Waterpark,waqfa ħdejn il-krateri Slivestri għal passiġġata, u jkollna ħin Messina, u Acitrezza;biex nixtru mill-ħwienet tas-souvenirs u biex nammiraw dan • Tour leader ta’ Micallef Joe Travel;il-fenominu li jiddomina parti kbira ta’ Sqallija. Inkomplu • Insolvency Fund;l-vjaġġ tagħna fejn nitilqu għall-ikla stil Sqalli bl-ilma, inbid • Taxxi nklużi fil-prezz. €845Prezz minnu kafè (nkluża fil-prezz). L-aħħar waqfa tagħna tkun ġewwa Mhux inkluż fil-prezz:Porte di Catania għall-xiri minn dan il-kumpless. Ħin liberu • City tax kull lejl kull persuna; • Xorb mal-ikel; • Insurance.Jekk joġgħbok aqra l-kundizzjonijiet f’paġna 27 qabel tibbukja 21
It-Tour ta’ Calabria Mill-12 sas-17 ta’ Lulju / Mit-28 t’Awwissu sat-02 ta’ Settembru Prezz minn €600 L-Ewwel Ġurnata Niltaqgħu s-Sea Terminal il-Marsa sagħtejn qabel it-tluq tagħna. Flimkien mat-tour leader nagħmlu ċ-check in biex permezz tal-katamarann nitilqu lejn Pozzallo. Mal- wasla tagħna fil-port insibu pullman privata li teħodna lejn Catania, fejn ikollna ħin għal xiri mis-suq ta’ Catania. Inkomplu din il-ġurnata billi nitilqu lejn Messina biex naqbdu l-vapur u mmorru lejn Villa San Giovanni fejn hemmhekk bil-coach nitilqu lejn il-lukanda ġewwa San Ferdinando. Sistemazzjoni tal-kmamar mit-tour leader u filgħaxija ikla buffet fil-lukanda. It-Tieni Ġurnata Kolazzjon buffet fil-lukanda. Wara l-kolazzjon immorru Reggio Calabria. Ikollna ħin għal passiġġata fit-triq Garibaldi li hi mimlija ħwienet, nkunu nistgħu naraw id- duomo iddedikat lil San Franġisk u l-kastell Aragonese. Inkomplu din il-ġurnata fejn immorru lejn Scilla. Passiġġata ħdejn il-baħar fejn jispikka l-aktar il-kastell Ruffo. Lura lejn il-lukanda għall-ikla buffet ta’ filgħaxija. It-Tielet Ġurnata Kolazzjon buffet fil-lukanda. Wara l-kolazzjon immorru lejn Paola. Hawnhekk naraw is-santwarju ddedikat lil San Francesco di Paola li huwa l-padrun ta’ Calabria. Wara mmorru fiċ-ċentru ta’ Paola u flimkien mat-tour leader nagħmlu passiġġata fiċ-ċentru storiku. Nirritornaw lejn il- lukanda u filgħaxija jkollna l-ikla buffet. Ir-Raba’ Ġurnata Kolazzjon buffet fil-lukanda. Ilum immorru lejn Gerace. F’dan ir-raħal jispikka l-aktar ix-xenarju li joffri għax qiegħed fuq għolja b’toroq dojoq. Ikollna dawra bit-trenino tal-post u spjegazzjoni minn gwida professjonali li fost postijiet ta’ nteress ġo dan ir-raħal insibu pjazza li fiha naraw tlett knejjes. Inkomplu l-ġurnata fejn immorru għal xiri miċ-ċentru kummerċjali La Gru. Lura lejn il-lukanda u filgħaxija jkollna l-ikla buffet.22 Jekk joġgħbok aqra l-kundizzjonijiet f’paġna 27 qabel tibbukja
Il-Ħames Ġurnata Il-prezz jinkludi:Kolazzjon buffet fil-lukanda. Nibdew din il-ġurnata fejn • Vjaġġ bil-Katamarann lejn Pozzallo u lura;ser immorru lejn Pizzo. Dan il-post magħruf għal kappella • Lukanda ta’ 3 stilel li tinsab San Ferdinando;ħdejn il-baħar fejn jispikkaw l-istatwi tal-blat (dħul għal din • Kolazzjon buffet u ikla ta’ filgħaxija buffet;il-kappella extra). Ikollna ħin għal passiġġata fiċ-ċentru • Il-biljett tal-vapur lejn Reggio u lurastoriku fejn naraw il-kastell Murat. Inkomplu din il-ġurnata • It-trenino ta’ Geracefejn immorru Tropea. Post magħruf mat-turisti l-aktar fis-sajf • Inżuru: Catania, Reggio Calabria, Paola, Pizzo, Tropea,għal bajjiet sbieħ li joffri. Passiġġata fiċ-ċentru storiku fejninsibu ħwienet tas-souvenirs,kafeteriji, u bosta veduti tal- Gerace, La Gru,Scilla, Messina u Centro Sicilia;baħar. Lura lejn il-lukanda għall-ikla buffet filgħaxija. • Tour leader ta’ Micallef Joe Travel;Is-Sitt Ġurnata • Taxxi nklużi fil-prezz;Kolazzjon buffet fil-lukanda. Illum l-aħħar jum ngħabbu • Insolvency Fund.l-bagalji u mmorru lejn Villa San Giovanni biex naqbdu l-vapur Mhux inkluż fil-prezz:għal Messina. Nieqfu Messina fejn hawnhekk naraw l-arloġġ • Kwalunkwe entratura bi ħlas;mekkaniku li jindaqq mat-tokki ta’ nofsinhar. Inkomplu • Insurance.l-ġurnata billi nitilqu lejn iċ-ċentru kummerċjali, CentroSicilia. Ħin liberu għal xiri minn dan il-kumpless li għandumal-150 ħanut tad-ditti rinomati. Fl-aħħar nirritornaw lural-port ta’ Pozzallo għal vjaġġ lura lejn Malta bil-katamaran.Prezz għal kull persuna €600 €6103 Adulti f’Kamra €7102 Adulti f’Kamra €330Adult f’Kamra B’xejnTfal taħt l-14-il sena (ma’ 2 adulti)Tfal taħt l-4 sninJekk joġgħbok aqra l-kundizzjonijiet f’paġna 27 qabel tibbukja 23
Ġita lejn il-Polonja Prezz minn Mill-05 sat-12 ta’ Settembru €94524 L-Erbgħa 05 ta’ Settembru Niltaqgħu l-ajruport sagħtejn qabel għaċ-check in għat-titjira lejn Katowice fis-18.50. Mal-wassla fl-ajruport ta’ Katowice, insibu l-kowċ privata tagħna u mmorru lejn iċ-ċentru ta’ Krakow. Kif nasslu jkollna sistemazzjoni tal-kmamar mit-tour leader f’lukanda ta’ 3 stilel u ħin ta’ mistrieħ. Il-Ħamis 06 ta’ Settembru Kolazzjon buffet fil-lukanda. Illum ser inżuru Auschwitz- Birkenau, memorja qarsa ta’ żmien it-tieni gwerra dinija. Hawnhekk naraw id-Death Wall, in-national memorials, ir- railway track u fdalijiet ta’ mijiet ta’ Barracks. Nirritornaw lejn il-lukanda u flimkien mat-tour leader nżuru postijiet storiċi li Krakow joffri bħalma huma l-kastell Wawel. Il-Ġimgħa 07 ta’ Settembru Kolazzjon buffet fil-lukanda. L-eskursjoni tagħna llum ser tkun lejn il-minjieri tal-melħ Wieliczka Salt Mines. Flimkien mal-gwida tal-post se nżuru dawn il-minjieri li jitqiesu bħala l-aktar antiki fl-ewropa kollha. Se naraw bosta skulturi mill-isbaħ, monumenti u anke kappella. Nirritornaw lura lejn Krakow. Min irid jista’ jmur għal passiġġata jew inkella għal xiri personali miċ-ċentru kummerċjali. Is-Sibt 08 ta’ Settembru Kolazzjon buffet fil-lukanda. Nibdew bl-eskursjoni tagħna fejn immorru lejn Czestochowa, il-post magħruf għal pellegrinaġġi Marjani. Jingħad li jżuru dan il-post mal-5 miljun pellegrin u turist matul is-sena fejn jaraw ix-xbieha għażiża tal-Madonna s-Sewda fis-santwarju ta’ Jasna Gora, wieħed mill-aktar monumenti mportanti għall-Pollakki. Inżuru wkoll il-monasteru u l-knisja Barokka. Wara se mmorru lejn Zoo li jinsab f’Katowice. Hawnhekk ser naraw bosta annimali fosthom, Tigri, Papri, Ljun, Ors, u bosta annimali oħra. Nirritornaw lura lejn il-lukanda u ħin liberu. Il-Ħadd 09 ta’ Settembru Kolazzjon buffet fil-lukanda. Illum ġurnata libera fi Krakow. Flimkien mat-tour leader inżuru ċ-ċentru ta’ Krakow. Jekk joġgħbok aqra l-kundizzjonijiet f’paġna 27 qabel tibbukja
Jiddominaw f’dan il-post huma l-pjazza Rynek Gowny, li hi Il-prezz jinkludi:mdawwra bosta ħwienet, ristoranti, u naraw il-Cloth Hall li • Titjira diretta lejn Katowice u lura;fiha bosta ħwienet tas-souvenirs,u bosta siti storiċi oħra. • Lukanda ta’ 3 stilel li tinsab fiċ-ċentru ta’ Krakow;It-Tnejn 10 ta’ Settembru • Kuljum kolazzjon buffet;Kolazzjon buffet fil-lukanda. Illum immorru lejn Zakopane. • L-eskursjonijiet kollha nklużi;Dan il-post muntanjuż fejn se naraw bosta xenarju mill- • Inżuru: Auschwitz, Krakow, Zoo ta’ Katowice,isbaħ. Passiġġata fi triq prinċipali fejn insibu bosta ħwienettal-kafè, boutiques u karozzelli, miġbuda minn żwiemel u Czestochowa, Wadowice, Lagiewniki, Zakopane ukuċċiera lebsin kostum tradizzjonali. Nirritornaw lura lejn Wieliczka;il-lukanda. • L-entratura bi gwidi tal-post f’Auschwitz, Wieliczka SaltIt-Tlieta 11 ta’ Settembru Mines u Wadowice;Kolazzjon buffet fil-lukanda. llum l-eskursjoni tagħna • Il-biljett taz-zoo;teħodna lejn Wadowice. Dan il-post fejn twieled il-qaddis • Tour leader ta’ Micallef Joe Travel;Papa Ġwanni Pawlu II. Fost postijiet ta’ nteress hawnhekk • Insolvency Fund;se naraw id-dar fejn twieled u għex, u anke nżuru ukoll il- • Taxxi inklużi fil-prezz.Bazilika. Inkomplu din il-ġurnata fejn inżuru Lagiewniki. Danil-post magħruf għas-santwarju tal-Ħniena Divina, il-qaddis Prezz kull persuna €945Papa Ġwanni Pawlu fl-2001 ikkonsagra dan is-santwarju. 3 Adulti f’kamra €965Naraw ukoll fejn hi midfuna Santa Fawstina f’kappella 2 Adulti f’kamra €1’095iddedikata għaliha. Lura lejn il-lukanda. Adult f’kamra €795L-Erbgħa 12 ta’ Settembru Tfal sa 12-il sena (ma 2 Adulti f’kamra)Kolazzjon buffet fil-lukanda. Filgħodu jkollna l-aħħar ftit ħinliberu ġewwa Krakow biex imgħad ngħabbu l-bagalji fil- Mhux inkluż fil-prezz:coach u nibdew triqitna lura lejn Katowice għat-titjira tagħna • Kwalunkwe entraturi bi ħlas bħal knejjes, mużew eċċ.;lura lejn Malta fit-15.30. • InsuranceJekk joġgħbok aqra l-kundizzjonijiet f’paġna 27 qabel tibbukja 25
Weekend Break mill-Ġimgħa sal-ĦaddLulju – Awwissu – SettembruCatania, Taormina, Porte di Catania,Etnaland Theme Park u Water ParkLulju: 06 - 08, 13 - 15, 20 - 22, 27 - 29Awwissu: 03 - 05, 10 - 12, 17 - 19, 24 - 26,31 Awwissu - 02 SettembruL-Ewwel Ġurnata It-Tieni ĠurnataNiltaqgħu s-Sea Terminal il-Marsa sagħtejn qabel it-tluq Kolazzjon buffet fil-lukanda. Illum nitilqu lejn Etnalandtagħna. Flimkien mat-tour leader nagħmlu ċ-check in biex Aquapark. Il-post ta’ divertiment għat-tfal u għall-kbar.fis-06.30am nitilqu lejn Pozzallo. Mal-wasla tagħna fil-port Għawm u divertiment mill-animaturi tal-post, u ħafnainsibu pullman privata li teħodna dirett lejn Catania. Ħin attrazzjonijiet li jħalluk ġurnata sħiħa tiddeverti bla waqfien.liberu għal xiri mis-suq jew għal passiġġata lejn Via Etnea. Filgħaxija min irid flimkien mat-tour leader immorruNitilqu lejn il-lukanda għas-sistemazzjoni tal-kmamar passiġġata lejn Via Etnea. It-Tielet Ġurnata mit-tour leader u filgħaxija mmorru Etnaland Wara l-kolazzjon ngħabbu l-bagalji mmorru lejn Taormina. Theme park. Park li hu ta’ divertiment Ikollna passiġġata Corso Umberto. Wara nitilqu għall-akbar kemm għat-tfal u kemm għal kbar. Tard ċentru kummerċjali, Porte di Catania. Ħin liberu għal xiri minn filgħaxija nirritornaw lura lejn il-lukanda. dan il-kumpless li għandu mal-150 ħanut tad-ditti rinomati u Auchan mqassam fuq żewġ sulari. L-aħħar waqfa tagħna tkun ġewwa Pozzallo għal passiġġata ħdejn il-baħar. Nirritornaw lura l-port ta’ Pozzallo għal vjaġġ lura lejn Malta bil-katamarann. Il-prezz jinkludi: • Vjaġġ bil-Katamarann lejn Pozzallo u lura; • Lukanda ta’ 3 stilel Best Western Hotel; • Kolazzjon buffet; • L-eskursjonijiet inklużi fil-prezz; • Il-biljetti tal-entratura tat-themepark u l-waterpark; • Tour leader ta’ Micallef Joe Travel; • Taxxi nklużi fil-prezz; • Insolvency Fund. Mhux inkluż fil-prezz: • City tax kull persuna li jitħallsu direttament il-lukanda; • Insurance. Prezz kull persuna €345 €355 3 Adulti f’kamra €415 2 Adulti f’kamra €225 Adult f’kamra B’xejn Tfal sa 12-il sena (ma 2 Adulti f’kamra) Tfal taħt l-4 snin26 Jekk joġgħbok aqra l-kundizzjonijiet f’paġna 27 qabel tibbukja
IT-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET1. Kull persuna li tibbukkja għal kwalunkwe ġita ma’ 11. No show, jitlef l-ispejjeż li jkun għamel għall-użu ta’ Micallef Joe Travel trid tħalli depożitu ta’ mhux kwalunkwe eskursjoni mħallsa barra minn Malta, u inqas minn €200. Il-booking ikun ikkonfermat anke l-ispejjeż li jkollu f’każ li l-biljett jiġi mġedded. u għal daqstant il-persuna tkun qrat u aċċettat L-ispejjeż tat-tibdil fid-data jkunu responsabbiltà it-termini u l-kundizzjonijiet kemm għaliha u anke tal-klijent. għan-nom tal-persuni li tkun ibbukjat għalihom. Il- bilanċ jitħallas ġimagħtejn qabel id-data tat-tluq. 12. Il-kmamar kollha li nużaw fil-lukandi ikunu kollha fuq bażi normali. Min jippreferi li jkollu kamra2. F’każ li persuna tikkanċella, id-depożitu jintilef superjuri, bħal gallerija jew veduta’, ikun irid u f’każ li l-ammont ikun tħallas kollu, il-flus ma javzana minn qabel biex issir talba lil lukanda. jingħatawx lura jekk mhux f’każ li l-persuna li F’kaz li t-talba tiġi aċċettata jkun irid isir il-ħlas tikkanċella ssib persuna oħra biex tipparteċipa fil- supplimentari minn qabel. ġita minflokha. Kwalunkwe spejjeż dovuti għall-bdil tal-isem tal-persuna jrid isir mill-istess persuna li 13. Ħafna jistaqsu biex il-kmamar ikunu ħdejn xulxin. tikkanċella. F’dan il-każ l-aġenzija tagħmel it-talba lill- maniġment tal-lukanda f’dan ir-rigward, iżda mhux3. Micallef Joe Travel iżomm kull dritt li jikkanċella dejjem ikun possibli li jsir dan. Din hi xi ħaġa li l-ġita f’każ li n-numru ta’ parteċipanti ma jintlaħaqx. l-aġenzija m’għandha l-ebda kontrol fuqha. Dan isir sa ġimagħtejn qabel id-data tat-tluq. Id- depożitu jingħata lura. F’każ tkun ġita ta’ ġurnata 14. Tfal taħt it-12-il sena jridu bilfors ikunu tista’ tiġi kkanċellata sa jumejn qabel. akkumpanjati minn żewġ adulti f’kamra biex iħallsu prezz ta’ tfal. Jekk it-tfal ikunu ma’ persuna adulta4. Il-ħinijiet tat-tluq u ritorn kif indikat fil-programm, waħda biss, ikollhom iħallsu l-prezz tal-kbar. jista’ jinbidel u dan skont il-linja tal-ajru jew tal- baħar, ħaġa li l-aġenzija m’għandhiex kontroll 15. L-organiżżatur mhux responsabbli għall-ebda danni fuqha. L-organiżatur iżomm id-dritt li jista’ jbiddel ta’ trasport żejjed, ikel jew spejjeż tal-lukanda, l-itinerarji jew il-lukanda fejn ikun hemm bżonn. f’każ ta’ strajks jew kwalunkwe kawżi oħra, li l-organiżżatur ma jkollux kontroll fuqhom.5. Micallef Joe Travel mhux responsabbli jekk titħassar xi ġita minħabba raġunijiet ta’ maltemp, 16. F’każ li l-ġita titwal aktar milli programmata, u terremoti jew nuqqas ta’ sigurtà f’kwalunkwe pajjiż dan minħabba raġunijiet diversi li l-organiżżatur relatat mal-ġita. ma jkollux kontroll fuqhom, jew f’każ li l-ħinijiet jiġu mibdulin, l-ebda forma ta’ kumpens mhi6. L-organiżżatur iżomm id-dritt li jista’ jbiddel applikabbli. l-itinerarji jew il-lukanda fejn ikun hemm bżonn. 17. Kull ilment li wieħed iħoss li jrid jagħmel fuq xi7. Kull persuna hija responsabbli għall-kontenut nuqqasijiet minn naħa tagħna, jista’ jsir sa mhux tal-passaport jew il-karta tal-identità tagħha. aktar tard minn 15-il ġurnata mill-wasla lura ta’ dik Importanti li qabel issiefru taraw li dan id-dokument il-ġita partikulari. huwa validu, u f’każ li persuna ma titħallhiex issiefer minħabba f’hekk, l-organiżżatur mhux 18. Kwalunkwe taxxi u fuel surcharge jistgħu jinbidlu responsabbli u ma jingħata ebda ħlas lura. minn ħin għall-ieħor, Micallef Joe Travel m’għandu l-ebda kontroll.8. Kull passiġġier irid iżomm mal-ordnijiet tat-tour leader waqt kull vjaġġ. Jekk il-passiġġier ma jġibx 19. Micallef Joe Travel jirrakkomanda li kull ruħu sew jista’ jiġi mwaqqaf milli jkompli mat-tour parteċipant ikollu insurance waqt il-ġita. F’każ li mingħajr ma jingħata ebda flus lura. dan ma jkunx kopert b’insurance, l-ebda kumpens ma jingħata lura, jekk minħabba raġunijiet ta’ saħħa9. Kull parteċipant huwa obbligat iżomm il-ħin u post jew xi inċident li ma jkunx jista’ jkompli mat-tour. indikat lilu mit-tour leader. F’każ li l-parteċipant ma jkunx fil-ħin, it-tour leader għandu dritt u l-obbligu li 20. Għalkemm l-insurance mhix obbligatorja, l- jitlaq. Kwalunkwe spejjeż ta’ trasport jew taxis iridu organiżżatur jinsisti u jirrakkomanda li l-parteċipanti jitħallsu mill-persuna li ma żżommx il-ħin. kollha jkunu inxurjati. Tajjeb ukoll li wieħed jiċċekkja sew billi jaqra kif inhu kopert mal-insurance, u dan10. Il-booking tas-seats fuq il-pullman huwa ta’ “First biex kulħadd ikun jista’ jqatta’ l-vaganza tiegħu come - First served basis”, però l-passiġġieri b’aktar serħan il-moħħ. jkollhom ibiddlu posthom skont kif meħtieġ u indikat mit-tour leader. 27
Micallef Joe Travel 9T3Ee,ml:Tar2ii1ql:2Si2naf8no5@T8u6mmi•caasM,llĦeofabjmo:e9rtu9ran4v7e1l.1c6o7m ĠitĦi Xaidtwdam20a1’ 8jis/2ta0’1j9urik Sqallija aħjar!FCIileh-UrrfaiesasdttmkeaitagaMsrraosnrhmtdoi:jpauĠpż’uianMrngtaa:ic’tĠaSaua/rlnln4eatt’tfA’aijgJi/eao4mteat/’fiTj’5iCreatam’tivjaieenmlial-fieFsraprerti lejn Sqallija
Search
Read the Text Version
- 1 - 28
Pages: