["So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu Kitba ta\u2019 Joe Chetcuti Pre\u017centatur tal-Programm \u2018Mar\u010bi u Bandalori fuq Net FM u Membru Onorarju tas So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 t\u2019Awwissu. Il-Madonna Omm il-Maltin Kull min i\u017cur il-g\u017cejjer Maltin, \u017cgur li jintlaqat bil-qima kbira li l-poplu tag\u0127na kellu u g\u0127ad g\u0127andu lejn il-Ver\u0121ni Marija Omm Alla. Ni\u010be\u010b, kappelli, knejjes, ismijiet ta\u2019 toroq u elf \u0127a\u0121a o\u0127ra jfakkruk fil-Ver\u0121ni Marija. Imqar il-letteratura tag\u0127na, hija mi\u017cg\u0127uda b\u2019riferenzi g\u0127all-Madonna. L-Isqof t\u2019G\u0127awdex, Mons. Nikol \u0120. Cauchi, li llum m\u2019g\u0127adux mag\u0127na kiteb ktieb dwar il-post li l-Madonna tgawdi fil-letteratura u ddedika kapitlu lill-Madonna fil-letteratura Maltija. Il-poeta u professur Karmelitan, PatriAnastasju Cuschieri lettur tal-filosofija fl-Universit\u00e0 ta\u2019 Malta, jista\u2019 jitqies b\u0127ala l-poeta tal-Madonna; hu nise\u0121 mijiet ta\u2019 poe\u017ciji u innijiet lill- Madonna. G\u0127add kbir ta\u2019 parro\u010b\u010bi Maltin u G\u0127awdxin huwa ddedikat lill-Madonna. It-titli Marjani jvarjaw u na\u0127seb ma ssibx titlu Marjan li mhuwiex meqjum f\u2019Malta. Anke jekk Malta m\u2019g\u0127adhiex il-pajji\u017c Nisrani li kienet sa ftit snin ilu, xorta wa\u0127da l-qima Marjana hija karatteristika qawwija. Dan kollu jispikka \u010bar fl-innu sabi\u0127 li kien kiteb il-poeta nazzjonali tag\u0127na Dun Karm meta kiteb hekk Ismag\u0127ha l-g\u0127anja Sidtna Marija Il-g\u0127anja \u0127elwa tag\u0127na l-Maltin l-g\u0127anja li ntis\u0121et min-nies g\u0127aqlija u nstemg\u0127et tidwi f\u2019eluf ta\u2019 snin. G\u0127a\u017ci\u017ca Ommna, Sidtna Marija Bid-dawl hennina t\u2019Ibnek \u0120es\u00f9. F\u2019kull na\u0127a mwarrba tal-g\u017cira tag\u0127na Hemm l-isem tieg\u0127ek fil-blat minqux Tid\u0127ak xbiehatek fil-knejjes kollha Fejn tqimek dejjem l-g\u0127anja tal-qlub. Dun Karm, b\u0127ala sa\u010berdot u b\u0127ala Malti 99 u anke b\u0127ala poeta, ried jimmortalizza din ir-rabta intima bejn Malta u Marija bejn il-Maltin u l-Madonna. Din il- poe\u017cija-innu nist\u0127ajjilha bukkett ward f\u2019ri\u0121lejn il-Madonna li t\u0127obb lil pajji\u017cna FESTA 2023","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu b\u2019im\u0127abba spe\u010bjali. Fil-festi tag\u0127ha hija uriet il-patro\u010binju tag\u0127ha fuqna billi, aktar minn darba, \u0127elsitna mit-ti\u0121rib. Santa Marija ta\u2019 nofs Awwissu M\u2019hemm l-ebda dubju li l-akbar festa ad unur il-Madonna fil-kalendarju Nisrani u fil- mentalit\u00e0 Maltija hija l-festa li a\u0127na nsej\u0127ulha, il-festa ta\u2019 Santa Marija. Fid-dokumenti qodma, l-isem pre\u010bi\u017c ta\u2019 dawk il-knejjes jew kappelli ddedikati lil Santa Marija, jirreferu g\u0127aliha b\u0127ala \u2018Santa Marija ta\u2019 nofs Awwissu\u2019. Fil-fatt, titli o\u0127ra differenti wkoll \u0121ieli jirreferu g\u0127al Santa Marija. Hekk pere\u017cempju l-knisja tal-Kun\u010bizzjoni li t\u0127ares fuq il-bajja ta\u2019 \u0126ondoq ir-Rummien fil-Qala f\u2019G\u0127awdex tissejja\u0127 \u2018Santa Marija tal-Blat\u2019. Is-santwarju tal-Kun\u010bizzjoni fil-Qala wkoll, li fil-qedem kien iddedikat lill-Assunta, jissejja\u0127 \u2018Santa Marija tal-Qala\u2019. Fil-fatt li fit-talb lill-Madonna nirreferu g\u0127aliha u nsej\u0127ulha \u2018Sidtna\u2019 u meta nirreferu g\u0127al xi knisja jew festa tag\u0127ha nirreferu g\u0127aliha b\u0127ala \u2018Santa Marija\u2019. Dawn id-differenzi \u017cg\u0127ar juru l-g\u0127ana tal-qima Marjana f\u2019pajji\u017cna. Il-festa tal-15 t\u2019Awwissu tibqa\u2019 dejjem il-festa ewlenija tal-Madonna g\u0127al pajji\u017cna. Kemm knejjes u kappelli huma ddedikati lilha! Kemm nisa u tfal Maltin i\u0121orru isimha kburin! Ta\u2019 Marija huwa l-isba\u0127 isem fuq l-ismijiet kollha! Santa Marija ta\u2019 nofs Awwissu tibqa\u2019 g\u0127alina l-Maltin il-mument l-aktar sublimi li fih nag\u0127tu qima lil Ommna Marija! Jalla aktar \u0121enerazzjonijiet ta\u2019 Maltin isemmu lil uliedhom b\u2019isem Marija \u0127alli r-rabta tag\u0127na mal-Assunta tibqa\u2019 dejjem s\u0127i\u0127a. 100 FESTA 2023","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu Vince Dimech \u0126lomt \u0126olma Darba fost l-o\u0127rajn \u0127lomt \u0127olma li \u0127awditni mhux ftit. \u0126olma li bdiet sabi\u0127a \u0127afna g\u0127ax er\u0121ajt rajt \u010bar daqs il-kristall tliet sa\u010berdoti twajba li f\u2019\u0127ajjithom ma g\u0127amlux \u0127lief \u0121id kbir lill-Mosta tag\u0127na. Dehrli li rajt lill-eks Ar\u010biprieti Dun Bert Bezzina u lil Dun Joe Carabott jinbxu lil xulxin f\u2019kantuniera tal-\u0120enna. Id-diskursata ta\u2019 bejniethom waqg\u0127et fuq il-festa ta\u2019 Santa Marija. Kemm kien g\u0127adu kburi Dun Bert li kien hu li bis-sa\u0127\u0127a tieg\u0127u kienet saret l-inkurunazzjoni tal-kwadru titulari. Fil-pront Carabott qallu, \u201cU b\u0127allikieku mhux jien kont li stinkajt biex isiru t-tnax-il kewkba madwar il-kuruna \u0127ej\u201d. Fil-\u0127olma ng\u0127aqad mag\u0127hom ukoll is-sa\u010berdot twajjeb Dun An\u0121 Camilleri tal-Oratorju. \u201cTiftakar Bert it-tribuna li kont fassaltlek biex minn fuqha jsiru l-festi kbar tal-Inkurunazzjoni\u201d \u2018Kemm eluf ta\u2019 nies \u0127onqu l-Mosta dakinhar hux. Re\u0121a\u2019 qabe\u017c Carabott u staqsa hekk dawk i\u010b-\u010borma nies mi\u0121bura flimkien kinux Mostin? \u2018Qed tag\u0127rfuhom lil dawk in-nies ta\u2019 hemmhekk? Dawk ilkoll Mostin hux?\u2019 Fil-pront il-\u0127olma \u0127adet bixra o\u0127ra. Il-grupp li kienu mi\u0121bura flimkien b\u0127al donnhom lem\u0127u da\u0127na kbira tiela\u2019 \u2019l fuq minn ta\u0127thom u dlonk irrealizzaw li kienet kamra tan-nar. \u0126arsithom \u0121iet \u010bassa f\u2019wi\u010b\u010b xulxin. Instemg\u0127u jg\u0127idu lis-Sinjura tiddi b\u0127ax-xemx li kienet ftit bog\u0127od minnhom: \u201cMadonna \u0127arishomlna mit-telf. Dawk uliedna, mi\u0121burin hemm u qed ja\u0127dmu biex jag\u0127mlulek festa kbira. Isa inter\u010bedi int g\u0127alihom u t\u0127allihomx jintilfu\u2019. Kienu Pawlu l-\u0126idra, George l-Mogru, Karmnu l-Maninu u Joe ta\u2019 Bertu. Kien hemm \u0127afna aktar nies mag\u0127hom imma lilhom g\u0127araft dak il-\u0127in. Fil-pront il-mara s-sabi\u0127a liebsa x-xemx daret fuqhom u qaltilhom, \u2018Tib\u017cg\u0127ux uliedi g\u0127ax \u0127add minnhom ma hu ser jintilef.\u2019 Iva sewwa kont rajt. Kienet se\u0127\u0127et splu\u017cjoni fil- kamra tan-nar tal-15. Resqu fil-pront aktar nies fil-forom ta\u2019 an\u0121li lebsin l-abjad jiddi. Iva anke hawn g\u0127araft \u0127afna minnhom. Wie\u0127ed mill-an\u0121li dar fuq il- mara liebsa x-xemx u talabha bi \u0127niena dawn il-kelmiet, \u201cO Madonna FESTA 2023 101","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu fil-\u0127niena kbira tieg\u0127ek, jog\u0127\u0121bok t\u0127ares lejn dawn \u0127utna u e\u0127lishom ilkoll mit-telfien. Ma kinetx bi\u017c\u017cejjed it-telfa tieg\u0127i 12-il sena ilu? Kien Mario. Iva hu kollu kemm hu u mieg\u0127u wkoll rajt \u010bar lil sie\u0127bu Pierre. Diskorshom waqa\u2019 fuq il-\u0127idma piroteknika e\u017catt b\u0127alma kien ji\u0121ri hawn isfel f\u2019pajji\u017cna. Talbu fuq li talbu lis-Sinjura biex kul\u0127add jinstab qawwi u s\u0127i\u0127. Minn ftit \u2019il bog\u0127od instema\u2019 le\u0127en an\u0121lu ie\u0127or li wkoll beda jitlob lis-sinjura te\u0127les lil neputih mit-telfien u biex tfittex tibg\u0127at l-g\u0127ajnuna biex jinstab malajr. Kien Mario \u017c-\u017bi\u017ca, vittma ie\u0127or tan-nar li qieg\u0127ed igawdi \u0121miel il-\u0121enna. Iva hu kollu kemm hu. Komplejt nara aktar Mostin li qeg\u0127din igawdu lill-Ver\u0121ni mbierka fis-smewwiet. \u0126arsti waqg\u0127et fuq \u0121miel ta\u2019 \u017cag\u0127\u017cug\u0127 Mosti liebes abjad li jg\u0127ammex bid-dija tieg\u0127u. G\u0127araftu wkoll meta resaq aktar fil-qrib u ng\u0127aqad mal-mi\u0121emg\u0127a. Ikkonfermajt li kien hu meta smajt lis-sinjura ssejja\u0127lu b-ismu.\u2019 Ersaq \u2019l hawn inti ukoll Alan. Ejja ara int ukoll kif \u0127add ma ntilef illum. Kemm kien sabi\u0127 dan l-an\u0121lu \u0121uvnott. Stajt nosserva t-tbissima u l-fer\u0127 tieg\u0127u g\u0127al kliem tas-sinjura. It-tliet sa\u010berdoti li rajt fil-bidu tal-\u0127olma kienu issa ng\u0127aqdu wkoll madwar s\u0127abhom u fer\u0127u fuq li fer\u0127u li kollox g\u0127adda b\u2019wi\u010b\u010b il-\u0121id. Le\u0127en Dun An\u0121 Camilleri kien g\u0127adu \u010bar kristall u jispikka fuq kul\u0127add. Rajtu jdur lejn il-Ver\u0121ni Mbierka u bid-dmug\u0127 i\u0121elben ma\u2019 wi\u010b\u010bu smajtu jtennilha dawn il-kelmiet. Grazzi Madonna, Berikhom Madonna, \u0126arishom Madonna. G\u0127al dawn il-kelmiet is-Sinjura l-bajda tbissmitlu u bla ma naf kif g\u0127attiet lil kul\u0127add bil-mant twil tag\u0127ha. \u0126addnithom ilkoll mag\u0127ha u kien hemm fer\u0127 kbir fis- smewwiet. Il-\u0127oss tas-sireni tal-ambulanzi u tal-protezzjoni \u010bivili \u0127asadni u dlonk irrealizzajt li xi \u0127a\u0121a serja kienet se\u0127\u0127et. L-arlo\u0121\u0121 kien jaqra t-tlieta u g\u0127oxrin minuta ta\u2019 waranofsinhar u d-data kienet l-4 ta\u2019 \u0120unju 2022. T\u0127awwadt u tfixkilt mhux ftit meta rrealizzajt li dak li \u0127lomt \u0121aladarba o\u0127ra kien se\u0127\u0127. Bkejt fuq li bkejt u tlabt jien ukoll bil-mo\u0127\u0127 fqajjar tieg\u0127i lis-sinjura liebsa x-xemx. \u010aempilt lil \u0127afna minn s\u0127abi u lkoll qaluli li kul\u0127add kien instab qawwi u s\u0127i\u0127. Ftakart fil-\u0127olma li kont \u0127lomt u bkejt aktar u aktar bil-qalb. Nirringrazzjaw lil Alla u lil Ommna Marija li \u03a9ammew idejhom fuqna u \u02d9arsuna minn kull periklu kull \u02d9in u kull mument best & less Men\u2019s and Women\u2019s Clothing 59, Constitution Street, Mosta \u2022 Tel: 21 433869 102 FESTA 2023","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu Kitba u Ritratti ta\u2019 Louis Vassallo Il-Kapu\u010b\u010bini tal-Furjana u l-Laqta Mostija Bl-Ingli\u017c ng\u0127idu \u201cSo near so far!\u201d. G\u0127al aktar minn tliet di\u010benji \u0127dimt b\u2019mod frekwenti fl-in\u0127awi tal-Port il-Kbir, imwennes b\u2019xi mod mill-Kunvent u l-Knisja tal-Kapu\u010b\u010bini tal- Furjana, l-i\u017cjed meta kont inkun f\u2019Xatt il-Laboratorju f\u2019Kordin. Minn hawn kont nilma\u0127 dan il-kumpless reli\u0121ju\u017c Fran\u0121iskan fuq is-swar tal-fa\u010b\u010bata, bis-si\u0121ar twal u mislutin ta\u010b-\u010bipress hekk kif jiffurmaw kartolina msa\u0127\u0127ra. Il-ba\u0127ar biss kien jifridna! It-Telg\u0127a tal-Kur\u010bifiss li tibda hekk kif tiskorri l-\u2018Customs House\u2019 u li tibqa\u2019 sejra dritt g\u0127al g\u0127and il-Kapu\u010b\u010bini, ma nafx kemm-il darba mxejtha jew g\u0127addejt minnha bil-karozza. Imma kellhom jg\u0127addu seba\u2019 u tletin sena biex in\u017cur din l-oasi ta\u2019 sliem li mag\u0127ha hemm marbuta l-laqta Mostija, kif sejrin naraw flimkien matul dan l-artiklu. Kien pre\u010bi\u017cament nhar il-\u0126add 23 ta\u2019 Ottubru 2022 li jien, ommi u \u0127ija Mario dde\u010bidejna li mmorru g\u0127a\u010b-\u010belebrazzjoni tal-Quddiesa fil- knisja tas-Salib Imqaddes fl-g\u0127axra ta\u2019 filg\u0127odu. Bejn li wasalna naqra qabel mhux \u0127a\u017cin u bejn li wara l-quddiesa qg\u0127adna nosservaw il-madwar u l-maqdes innifsu, \u0127assejt li fi\u017cmien qasir nirri\u010berka ftit dwar dan il-lok li g\u0127andku \u0127afna x\u2019jirrakkonta. Kieku ma hemmx fil-vi\u010binanza l-Poliklinika tal- Furjana, kieku dan il-lok kien kwa\u017ci jfakkrek kif Il-Kur\u010bifiss tal-Kapu\u010b\u010bini tal-Furjana li \u0127a seta\u2019 kien bejn wie\u0127ed u ie\u0127or meta nbena lejn ismu mit-telg\u0127a ta\u2019 quddiemu. l-a\u0127\u0127ar snin tas-seklu sittax! Fi \u017cmien l-ordni ta\u2019 San \u0120wann Kien il-Gran Mastru Hugues Loubenxole Verdalle li \u0127ajjar lill-kapu\u010b\u010bini biex ji\u0121u f\u2019pajji\u017cna bir-rieda tal-Isqof Fra Tumas Gargallo, li hu l-istess wie\u0127ed li waqqaf il-Parro\u010b\u010ba tal-Mosta fl-1608. Skont il-kostituzzjoni tal-Ordni Kapu\u010b\u010bini, il-knejjes u l-kunventi tag\u0127hom g\u0127andhom ikunu mibnija tant \u2019il bog\u0127od mill-ibliet biex i\u017commu l-ispirtu ta\u2019 eremita\u0121\u0121 tal-ewwel Kapu\u010b\u010bini u g\u0127alhekk il-Gran Mastru tahom bi\u010b\u010ba art b\u2019xejn, quddiem l-g\u0127olja ta\u2019 kordin imsejja\u0127 \u2018Docchara\u2019. Kien propju hawn fejn dawn fet\u0127u l-ewwel kunvent tag\u0127hom barra s-swar tal-Belt Valletta u meta aktar tard inbnew is-swar tal-Furjana, dawn xorta wa\u0127da FESTA 2023 103","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu baqg\u0127u jaqdu dmirhom minn dawn l-in\u0127awi. Anzi ma\u017c-\u017cmien, il-Kapu\u010b\u010bini spi\u010b\u010baw biex komplew inxterrdu mal-g\u017cejjer Maltin. Id-disinn tal-knisja u tal-kunvent kienu f\u2019idejn l-In\u0121inier Malti tal-Ordni, il-mag\u0127ruf \u0120ilormu Cassar u l-pro\u0121ett beda fl-1588. Il-Patrijiet Kapu\u010b\u010bini ddedikaw din il-knisja lis-Salib Imqaddes u \u0121iet ikkonsagrata nhar it-18 ta\u2019 Ottubru 1773 mill-Isqof Mons. Giovanni Pellerano. Il-knisja baqg\u0127et ti\u017c\u017cejjen b\u2019g\u0127add ta\u2019 o\u0121\u0121etti sbie\u0127 mog\u0127tija mill-Kavallieri ta\u2019 San \u0120wann u minn benefatturi o\u0127ra. Ta\u2019 min isemmi t-titular ori\u0121inali xog\u0127ol ta\u2019 Filippo Paladini. Waqt li l-Gran Mastru Ramon Perellos kien qabbad lill-pittur Malti Stefano Erandi biex ipitter lil San Fran\u0121isk qed jir\u010bievi l-Pjagi Mqaddsa. Din il-knisja kellha wkoll, fost o\u0127rajn, kwadru sabi\u0127 li juri l-Madonna tal- Isperanza, fejn b\u2019kollox kienet imsebb\u0127a b\u2019erba\u2019 artali. Fl-1725 \u010bertu \u0120wanni La Croce ta lil dan il-kunvent ir-relikwa prezzju\u017ca ta\u2019 San Fran\u0121isk meta kienet in\u0121iebet solennement mill-Knisja ta\u2019 San Pawl tal-Belt nhar it-3 ta\u2019 Ottubru, f\u2019jum it-tran\u017citu ta\u2019 missier l-Ordnijiet Fran\u0121iskani. It-Tieni Gwerra Dinjija Imbag\u0127ad \u0121iet it-Tieni Gwerra Dinjija. Min\u0127abba attakki fero\u010bi mill-ajru fuq postijiet strate\u0121i\u010bi, spe\u010bjalment madwar il-Port il-Kbir, il-Knisja u l-Kunvent ma \u0127elsuhiex, tant li \u0121ew milquta tliet darbiet. L-ewwel wie\u0127ed se\u0127\u0127 fis- 6 ta\u2019 Frar 1942, fin-nofsieg\u0127a ta\u2019 waranofsinhar, meta wie\u0127ed mill-kurituri ewlenin tal-Kunvent kif ukoll ir-refettorju li kien ji\u0121i ta\u0127tu u parti mill- k\u010bina spi\u010b\u010baw fil-\u0121ibjun ta\u2019 ta\u0127thom. Nhar l-4 ta\u2019 April, 1942, lejliet l-G\u0127id il-Kbir, fil-\u0127dax u nofs ta\u2019 filg\u0127odu se\u0127\u0127 it-tieni attakk fejn inqerdu taqsimiet o\u0127ra tal-Kunvent. Id-daqqa finali wasslet proprju l-g\u0127ada f\u2019\u0126add il-G\u0127id il-Kbir meta l-knisja u l-kunvent spi\u010b\u010baw f\u2019\u0127erba s\u0127i\u0127a. Din il- \u0121rajja kerha kienet irrappurtata fit-Times of Malta tad-19 ta\u2019 April 1942. L-arlo\u0121\u0121 antik mal-fa\u010b\u010bata tal-Kunvent, xog\u0127ol ta\u2019 Maestro G.B. Tanti (1788) waqaf ja\u0127dem fis-2.33pm ji\u0121ifieri, nofs sieg\u0127a F\u2019dan ir-ritratt, il-Knisja ori\u0121inali tas-Salib wara dan l-attakk, u jidher f\u2019ritratt klassiku me\u0127ud Imqaddes mibnija fl-1588 tidher rovina ftit wara t-tifrik tal-bini. F\u2019dak il-jum, il-patrijiet bl-attakki mill-ajruplani tal-g\u0127adu fl-1942. (\u0126ajr: Net news) flimkien ma\u2019 xi 60 persuna o\u0127ra ni\u017clu jie\u0127du kenn fix-xelter ta\u2019 ta\u0127t il-kannierja. Sfortunatament Patri Clement Cauchi mill-Birgu ta\u2019 67 sena u kif ukoll Joseph Borg minn \u0126a\u017c-\u017babbar mietu waqt l-isplu\u017cjonijiet tal-bombi g\u0127ax ma kienx irnexxielhom jid\u0127lu fix-xelter. Fost l-o\u0121\u0121etti artisti\u010bi u ta\u2019 valur li nqerdu kien hemm il-kwadru titulari u l-pittura ta\u2019 San Fran\u0121isk xog\u0127ol ta\u2019 Paladini u Erandi rispettivament u li di\u0121\u00e0 saret referenza g\u0127alihom f\u2019din il-kitba. Il-Gvernatur ta\u2019 Malta, Sir William Dobbie kien \u017car il-post b\u0127ala xhieda ta\u2019 din il-\u0121rajja kerha. 104 FESTA 2023","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu Mibnija mill-\u0120did L-ewwel \u0121ebla tal-bini tal- knisja l-\u0121dida tqeg\u0127det fit-23 ta\u2019 April 1947, mill-Ar\u010bisqof Mikiel Gonzi. Sa sentejn wara x-xog\u0127ol kien miexi sewwa, imma min\u0127abba problemi finanzjarji min-na\u0127a tal-War Damage Fund, il-bini dam wieqaf g\u0127al erba\u2019 snin u sitt xhur. Sakemm fis- 7 ta\u2019 Settembru 1953, tkompla l-pro\u0121ett ta\u0127t id-direzzjoni tal- Kuntrattur Nikola Magro mill- Il-kunvent u l-knisja li naraw illum, xog\u0127ol ta\u2019 wara t-Tieni Qrendi u l-In\u0121inier Andrea Gwerra Dinjija li sar bejn l-1947 u l-1955. Micallef minn \u0126al Luqa, fuq il- pjanta tal-Perit \u0120u\u017ceppi Colombo mill-G\u017cira. Il-pavimenti kollha tal-knisja \u0121ew ma\u0127duma minn Antonju Farrugia Ellis, fuq disinn imfassal mill-Patri Provin\u010bjal innifsu. Ix-xog\u0127ol tlesta fi Frar 1955 u \u0121iet imbierka nhar il- 21 ta\u2019 Awwissu tal-istess sena waqt \u010berimonja mmexxija mill- Ministru Provin\u010bjal Patri Pietru mill-Furjana li \u0127abrek \u0127afna sabiex titlesta din il-knisja. Wara Minn \u0121ewwa, il-Knisja tispikka fl-umilt\u00e0 tag\u0127ha fejn id-dehra l-quddiesa solenni u t-talba tal- sempli\u010bi ti\u0121brok spiritwalment. G\u0127asar, l-Ar\u010bisqof Mikiel Gonzi, kien mexxa pur\u010bissjoni bl-Ewkaristija mill-Knisja Ar\u010bipretali ta\u2019 San Publiju fil-Furjana g\u0127all-knisja l-\u0121dida tal-Kapu\u010b\u010bini. Fid-29 ta\u2019 Novembru 2016, il-fraternit\u00e0 tal-Kapu\u010b\u010bini tal-Furjana ddiskutiet waqt kapitlu lokali, il-possibilit\u00e0 li din il-knisja flimkien mal-artal ji\u0121u kkonsagrati. Wara ftehim unanimu, il-Ministru Provin\u010bjal, Patri Martin Micallef ressaq din it-talba lill-Ar\u010bisqof Charles Jade Scicluna, fejn eventwalment l-imsemmi Ar\u010bisqof wettaq ir-rit tal-Konsagrazzjoni fit-12 ta\u2019 Marzu, 2017 Xi opri artisti\u010bi \u017bew\u0121 statwi li salvaw mill-qilla tal-attakki mill-ajru tal-ajruplani \u0120ermani\u017ci, g\u0127adhom mag\u0127na u mi\u017cmuma b\u2019g\u0127o\u017c\u017ca fil-knisja l-\u0121dida. Qed nirreferi g\u0127all-vara ta\u2019 San Fran\u0121isk t\u2019Assisi u g\u0127all-istatwa tal-Madonna tal-Isperanza. G\u0127adu jitgawda sa \u017cmienna l-kwadru li juri l-martirju ta\u2019 Sant Agata li hu ta\u2019 skola Taljana tas-seklu XV g\u0127ax kien \u0121ie salvat meta i\u0121\u0121arfet il-knisja. Ma nafux min kien il-benefattur ta\u2019 dan ix-xog\u0127ol. (Waqt li kwadri li juru x-xbihat ta\u2019 San Fran\u0121isk t\u2019Assisi, Sant\u2019Antnin, San Feli\u010b minn Kantalice ul-Kun\u010bizzjoni Gew impittrin minn Rev. P. Fawstinu mill-Belt Valletta.) FESTA 2023 105","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu Jolqtuk b\u2019mod partikulari l-linef tal-\u0127adid u l-artali tal- injam. Hawn jidher l-artal ta\u2019 San \u0120u\u017cepp fejn fi\u010b-\u010bentru tal-artal naraw it-Tran\u017citu ta\u2019 San Fran\u0121isk. Wara l-mewt tal-Gran Mastru Verdala kif inhu mag\u0127ruf mal-Maltin, il-Patrijiet ikkummissjonaw lill-mag\u0127ruf Pittur Anton Falzon biex ipitter ritratt ta\u2019 dan il-benefattur hekk kbir u \u0121eneru\u017c. Illum dan il-kwadru jinsab quddiem it-tara\u0121 ewlieni tal-kunvent b\u2019kitba ta\u0127tu bil-Latin biex tfakkar Fil-\u0121nien tal-Kunvent fa\u010b\u010bata tal-Port il- g\u0127emilu mal-Kapu\u010b\u010bini Maltin. Kbir insibu l-istatwa ta\u2019 San Fran\u0121isk qed Minn \u0121ewwa, il-Knisja tispikka fl-umilt\u00e0 tag\u0127ha jg\u0127annaq lil San Duminku li saret fl-1882. fejn id-dehra sempli\u010bi ti\u0121brok spiritwalment. Jolqtuk l-artali tal-\u0121nub li huma ma\u0127duma mill-injam sat-tur\u0121ien ta\u2019 kull wie\u0127ed minnhom u l-linef tal-\u0127adid f\u2019g\u0127amla tonda b\u2019disinn \u0127afif imma li jolqot l-g\u0127ajn. Fil-fa\u010b\u010bata ta\u2019 barra nilm\u0127u \u017cew\u0121 statwi tal-\u0121ebel li juru lil San Pawl u lil San Publiju li \u0121ew skulturati mill- Artist Marku Montebello. Fil-passa\u0121\u0121 li jag\u0127ti g\u0127all-ponta tal-kunvent, insibu l-istatwa ta\u2019 San Fran\u0121isk qed jg\u0127annaq lil San Duminku meta ltaqg\u0127u flimkien f\u2019Ruma u li saret fl-1882 b\u0127ala tifkira ta\u010b-\u010bentinarju tal-mewt ta\u2019 San Fran\u0121isk. Il-Kappella ta\u2019 M.V. ta\u2019 Lourdes Il-Kappella tal-Madonna ta\u2019 Lourdes li naraw illum inbniet minflok o\u0127ra eqdem minnha u li kienet iddedikata lil Santa Marija Madalena. L-iskop tat-twaqqif tag\u0127ha kien biex il-barranin li kienu jmorru ta\u2019 spiss il-Knisja u l-Kunvent ikollhom fejn jistkennu peress li f\u2019dak i\u017c-\u017cmien il-kumpless tal-Kapu\u010b\u010bini kien Tifkira tal-100 sena mill-ftu\u0127 tal-kappella tal- jinsab f\u2019nofs il-kampanja billi kienet g\u0127adha Madonna ta\u2019 Lourdes (1920-2020) amministrata ma nbnietx il-Furjana b\u0127alma hi llum. Din il- mill-Kapu\u010b\u010bini. (\u0126ajr: Kapu\u010b\u010bini tal-Furjana) 106 FESTA 2023","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu kappella kien g\u0127amel tajjeb g\u0127aliha bi flusu l-Kommendatur Fra Wolfgango Filippu De Guttenbergh li bnieha fl-1706. Meta fl-1881, madwar id-dinja kollha xterrdet id-devozzjoni lejn il-Madonna ta\u2019 Lourdes, il-W.R. Patri Provin\u010bjal Filippu Anton, \u0121ab minn Franza statwa tal-Madonna ta\u2019 Lourdes. Kien \u0121ie de\u010bi\u017c li titwaqqa\u2019 l-Kappella l-antika biex miflokha tinbena dik li hemm illum fejn eventwalment \u0121iet imbierka u inawgurata mill-Isqof Mauro Caruana fis-26 ta\u2019 Di\u010bembru 1920 u li hi amministrata mill-Patrijiet Kapu\u010b\u010bini tal-Furjana. L-G\u0127ar tal-Madonna ma\u0127dum bil-\u0121ebel rustiku ta\u2019 lewn \u0127amrani hu xog\u0127ol ta\u2019 Duminku Busuttil, fejn fih jispikkaw ix- xbihat tal-Madonna u ta\u2019 Bernardina. Matul l-a\u0127\u0127ar gwerra (1939-1945) parti minn din il- Kappella \u0121arrbet xi \u0127sarat, imma l-istatwa tal-Madonna kienet salvata billi kienet ittie\u0127det g\u0127al kenn tax-xelter. Il-pittura tal-koppla hi tal-pittur Giuseppe Cal\u00ec u tkompliet fl-1929 mill-artist Giuseppe Briffa. L-istatwa re\u0121g\u0127et tqieg\u0127det f\u2019postha nhar id-19 ta\u2019 Mejju 1946 u llum din il-kappella nistg\u0127u nqisuha b\u0127ala monument nazzjonali tal-Madonna ta\u2019 Lourdes fi g\u017cirtna. Mu\u017cew u Kripta L-ewwel post li \u0121ie armat il-mu\u017cew kien f\u2019kamra \u017cg\u0127ira \u0127dejn il-kripta tal-knisja. Illum, il-mu\u017cew hu organizzat tajjeb \u0127afna, mifrux fuq \u017cew\u0121 sulari li nbnew ri\u010bentiment. Fl-ewwel sular insibu kollezzjoni ta\u2019 pittura b\u2019xog\u0127lijiet ta\u2019 artisti Maltin ta\u2019 kalibru b\u0127al Francesco Zahra u Giuseppe Cal\u00ec fost o\u0127rajn. Waqt li fis-sular ta\u2019 fuq hemm esebiti fdalijiet arkeolo\u0121i\u010bi, muniti u artifatti \u017cg\u0127ar o\u0127ra ta\u2019 interess, kollox armat kif suppost f\u2019vetrini ma\u0127dumin g\u0127al dan l-iskop. Ta\u2019 min isemmi ventaltar uniku tas-seklu 18, ma\u0127dum bit-tiben fuq karta u drapp. Bla dubju ta\u2019 xejn l-aktar mod partikolari ta\u2019dfin f\u2019pajji\u017cna jinsab propju ta\u0127t il-kunvent u l-knisja tas-Salib Imqaddes, pre\u010bi\u017cament fil-kripta. It-t\u0127affir tag\u0127ha sar bejn l-1725 u l-1730 fejn l-ispejje\u017c \u0121ew im\u0127allsa mill-Gran Mastru Manoel de Vilhena. Dak li sawwar din il-kripta f\u2019lok uniku, kienet idea partikolari Il-Kwadru ta\u2019 Fra Krispin Zammit tal-pittur li l-Kapu\u010b\u010bini introdu\u010bew f\u2019Malta. Din hi mag\u0127ruf \u0120u\u017ceppi Cal\u00ec li jinsab fil-mu\u017cew tal- dik tal-mummifikazzjoni u l-preservazzjoni Kapu\u010b\u010bini, il-Furjana. (\u0126ajr: Kullana Kulturali) tal-i\u0121sma ta\u2019 diversi membri tal-Kustodja. X\u2019aktarx li din l-idea l-Kapu\u010b\u010bini \u0121abuha minn Sqallija. Illum ma ssibx g\u0127ajr tnejn biss min\u0127abba t-ti\u0121rif ikka\u0121unat mill-\u0127bit mill- ajru tal-1942. Qed nirreferi g\u0127all-pre\u017cervazzjoni tal-i\u0121sma ta\u2019 Fra Krispin Zammit u ta\u2019 Kapu\u010b\u010bin ie\u0127or li ismu mhux mag\u0127ruf. Fl-1979, bit-t\u0127abrik ta\u2019 Patri Fran\u0121isk Azzopardi rrestawra din il-kripta li kien ilha mbarrata s-snin u \u0121abha g\u0127ad-dehra pre\u017centi, fejn il- mummji tqeg\u0127du fl-ossarju tag\u0127ha. FESTA 2023 107","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu San Fran\u0121isk tas-Sartx U San Fran\u0121isk tal-misra\u0127? \u0126allejtu lejn l-a\u0127\u0127ar bi skop. Hi opra tal-arti tal-Mosti Salvatore Dimech, artist tas-seklu 19. Nafu tajjeb skont l-istoriku Pietru Pawl Castagna li propju din l-istatwa tal-\u0121ebel kienet l-ewwel kummissjoni importanti li rnexxielu jikseb fil-karriera tieg\u0127u fl-1837. San Fran\u0121isk ta\u2019 quddiem il-kunvent tal- Kapu\u010b\u010bini tal-Furjana, hi statwa li tirrifletti forza primittiva ispirata minn fidi qawwija ta\u2019 ru\u0127 sempli\u010bi. Minkejja xi \u0127sarat minimi li soffriet fl- a\u0127\u0127ar gwerra, jidher li din l-istatwa qatt ma \u0121iet \u201cirtokkata\u201d u g\u0127alhekk tista\u2019 titqies b\u0127ala l-uniku xog\u0127ol ta\u2019 Dimech li jirrifletti tabil\u0127aqq l-sitil awtentiku u \u0121enwin li kien i\u0127addan dan l-artist. \u0126a\u0121a li taffaxxinani fl-istorja ta\u2019 Salvu Dimech li kien mag\u0127ruf bil-laqam tas-\u201cSartx\u201d, hi li fil-\u0121urnali ta\u2019 \u017cmienu kien \u0121ie deskritt b\u0127ala \u201cuomo semplice di campagna,\u201d filwaqt li l-istoriku Castagna jiddiskrivih li kien \u201crag\u0127aj il-mog\u0127o\u017c\u201d. Imma l-arti kienet fih sa minn L-istatwa ta\u2019 San Fran\u0121isk fil-misra\u0127 skolpita tfulitu. Kollox juri li fl-1838, l-isem ta\u2019 dan fil-\u0121ebel mill-Mosti Salvatore Dimech fl-1837 u l-iskultur Mosti, sena biss wara li lesta x-xog\u0127ol fuq l-istatwa ta\u2019 San Fran\u0121isk tal-Kapu\u010b\u010bini tal- li rnexxielha tiskappa l-qilla tal-gwerra. Furjana, ismu sar mag\u0127ruf u mxerred b\u0127al f\u2019le\u0127\u0127a ta\u2019 berqa. G\u0127andu xog\u0127ol imferrex ma\u2019 Malta u G\u0127awdex u kif ukoll sa\u0127ansitra f\u2019Ruma u fi Trieste fl-Italja. Mastru Salv \u0127adem fil-\u0121ebla Maltija, fl-ir\u0127am, fl-injam u fil- kartapesta wkoll. Il-Madonna tal-Isperanza L-istatwa devota tal-Madonna tal- Kif di\u0121\u00e0 semmejt, hawnhekk tinsab statwa tal- Isperanza ma\u0127duma f\u2019Marsilja fil- kartapesta, u li hi meqjuma fil-Knisja Madonna tal-Isperanza. Dakinhar li \u017cort il-Knisja, sibtha armata b\u2019mod tassew grazzju\u017c \u0127dejn l-artal. tas-Salib Imqaddes. Peress li Ottubru hu x-xahar tar-Ru\u017carju, g\u0127all-bidu \u0127sibt li din ix-xbiha kienet tirrappre\u017centa dan it-titlu Marjan. Imbag\u0127ad g\u0127ajnejja ffukaw fuq l-ankra li qieg\u0127da mi\u017cmuma kemm mill-Madonna u kif ukoll mit- tfajjel \u0120es\u00f9. \u201cMela din tal-Isperanza\u201d g\u0127edt bejni u bejn ru\u0127i. Wara l-quddiesa morna nammirawha aktar mill- qrib. Tassew hi statwa sabi\u0127a u devota. Kien g\u0127addej Patri li waqaf quddiemha biex jirran\u0121a xi fjuri u qtajtha li mmur insaqsih xi \u0127a\u0121a fuqha. Sirt naf ming\u0127andu li hu Patri Antoine Ebejer u li kien hu nnifsu li twebbel biex din is-sena jtiha prominenza fix-xahar ta\u2019 Ottubru, g\u0127ax 108 FESTA 2023","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu kien ilha s-snin mag\u0127luqa fin-ni\u010b\u010ba tag\u0127ha. \u201cMela Il-Madonna tat-Tama kif l-awtur ra armata b\u2019xortina!\u201d er\u0121ajt lissint b\u2019xufftejja mag\u0127luqa. nhar il-\u0126add 23 ta\u2019 Ottubru 2022. Min-na\u0127a tieg\u0127i tarraftlu li peress li fil-Mosta ni\u010b\u010belebraw il-festa tal-Madonna tal-Isperanza f\u2019Novembru fil-Knisja \u010bkejkna ddedikata lilha u li ta\u0127tha jinsab g\u0127ar marbut ma\u2019 le\u0121\u0121enda famu\u017ca, \u0127sibt li l-Kapu\u010b\u010bini wkoll ji\u010b\u010belebraw il- festa tag\u0127ha dakinhar, b\u0127alna l-Mostin. I\u017cda kont \u017cbaljat! Patri Antoine spjegali li veru kienet issir il-festa tag\u0127ha, imma mhux fix-xahar tal-mejtin i\u017cda f\u2019Mejju. Fl-img\u0127oddi l-Kapu\u010b\u010bini tal-Furjana kienu jorganizzaw il-pur\u010bissjoni b\u2019din l-istatwa u li baqg\u0127et to\u0127ro\u0121 sa nofs is-snin disg\u0127in tas- seklu 20, fejn kien jie\u0127u \u0127sieb ta\u2019 kollox Patri Luqa Teuma. Sirt naf ming\u0127andu li din l-istatwa hi xog\u0127ol tal-kartapesta u li kienet in\u0127admet fil- fabbrika \u201cGalard et Filis\u201d f\u2019Marsilja, belt fin- Nofsinhar ta\u2019 Franza. Qalli wkoll li matul is-snin li gerrbu minn fuqha, kienu mhux ftit dawk li qabdu l-pniezel u rtukkawha kif jafu huma! Fil- fatt qed itella\u2019 u jni\u017c\u017cel jekk wasalx il-waqt li ti\u0121i rrestawrata professjonalment. Opportunit\u00e0 Mela fi ftit \u0127in morna sal-Furjana u dorna dawra mal-istorja u l-kult reli\u0121ju\u017c li joffru l-kunvent u l-knisja tal-Kapu\u010b\u010bini. U l-laqta Mostija ma naqsitx ukoll! Nassigurakom li hemm \u0127afna aktar x\u2019wie\u0127ed jara u josserva minn dak li semmejt jien f\u2019dan l-artiklu. Nissu\u0121\u0121erixxi li xi darba l-\u0126add filg\u0127odu, forsi taqb\u017cu qab\u017ca s\u2019hemm u wara li tisimg\u0127u l-quddiesa dduru naqra mal-post. Tajjeb li tkunu tafu li l-mu\u017cew ma jinfeta\u0127x regolarment. Imma \u0127a\u0121a wa\u0127da hemm \u010berta, li tirriservaw din il-\u0127ar\u0121a g\u0127al Ottubru meta l-Kunsill Lokali tal-Furjana jtella\u2019 l-attivit\u00e0 \u201c\u0120enna ta\u2019 \u0120onna\u201d. Dakinhar ikollkom l-opportunit\u00e0 li fil-mu\u017cew taraw \u0121abra ta\u2019 manuskritti antiki u kif ukoll tin\u017clu fil-kripta tal-Patrijiet ibbalzmati, g\u0127al min i\u0127ossu komdu biex i\u0127arsilhom mill-qrib. F\u2019idejkom! Referenzi: Alfie Guillaumier \u201cBliet u R\u0127ula Maltin\u201d (Malta, 1972) Tony Terribile \u201cNi\u010be\u010b u Statwi fit-Toroq Maltin\u201d \u2013 Kullana Kulturali Nru 14 (Malta, 2000) Vincent J. Zammit \u201cIl-Mu\u017cewijiet f\u2019Malta\u201d \u2013 Kullana Kulturali Nru 43 (Malta, 2002) The Mosta Archives \u2013 smashyouagainstthewall.com \u2013 \u201cIx-xog\u0127lijiet u l-\u0127ajja ta\u2019 Salvatore Dimech (1804-1886\u201d Ktieb tal-Festa u Storja Furjani\u017ca \u2013 Parro\u010b\u010ba San Publiju \u2013 Furjana 2014 \u2013 \u201cOqsma tad-Dfin fil-Furjana\u201d Kitba ta\u2019 Eman Bonnici Newsbook \u2013 12 ta\u2019 Marzu 2017 \u201cL-Ar\u010bisqof jikkonsagra l-Knisja tal-Kapu\u010b\u010bini, il-Furjana\u201d minn Josianne Camilleri NET News \u2013 5 ta\u2019 April 2017 \u201c75 sena mill-attakk mill-ajru fuq il-Knisja tal-Kapu\u010b\u010bini tal-Floriana\u201d ONE News \u2013 12 ta\u2019 Ottubru 2018 \u201cIl-Furjana se ter\u0121a\u2019 ssir \u0120enna ta\u2019 \u0120onna l-\u0126add\u201d Ni\u017c\u017ci \u0127ajr lil Patri Antoine Ebejer tat-tag\u0127rif li g\u0127addieli dwar l-istatwa tal-Madonna tal-isperanza Mid-Djarju tal-awtur 2022 FESTA 2023 109","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu Maria Pia Bonnici Ra\u0127al Kwiet Ra\u0127al kwiet, kemxejn \u010bkejken, Dan ir-ra\u0127al, llum spi\u010b\u010ba, Mimli raba\u2019, bini ftit li xejn. Mhux in-nies, dawk g\u0127adhom hemm, R-ra\u0127\u0127ala dlonk fer\u0127ana, I\u017cda issa kibru w tg\u0127allmu, aktar Dejjem g\u0127addejja x-xog\u0127ol tal-idejn. Kollox inbidel g\u0127al kull wie\u0127ed nsibu tnejn. Bhejjem tara qalb it-toroq, Issa kollox \u0121ej bil-magni, Toroq bi\u017c-\u017crar, kollha \u0127amrija. U kemm fadal xog\u0127ol bl-idejn? Le mhux tarmak, iswed ja\u0127raq Din is-seng\u0127a dlonk intilfet, Le mhux karozzi qalb il-mog\u0127dija. U flok lira naqilg\u0127u tnejn. Ikel? G\u0127andhom bl-abbundanza, Naqilg\u0127u tnejn, g\u0127ax kollox mg\u0127a\u0121\u0121el, Allavolja \u0127wienet ftit li xejn, Kollox magni, jsir bil-\u0127afna, Dak li jkabbru, jsajru w jieklu I\u017cda issa dlonk inqas fer\u0127ana, Ja\u0127dmu l-g\u0127alqa kull jumejn. Sirna belt, kollox tal-massa. 110 FESTA 2023","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu Mario Fenech Dati Importanti fl-Istorja tal-Parro\u010b\u010ba tal-Mosta Kull parro\u010b\u010ba g\u0127andha l-istorja tag\u0127ha. Storja li tkun \u0121iet imsawra b\u2019numru ta\u2019 \u0121rajjiet li jkunu se\u0127\u0127ew matul is-snin u li jkunu mmarkati b\u2019dati mportanti f\u2019din l-istorja. Fil-Mosta huma bosta dawn id-dati li jirrakkuntaw kemm irsistew u g\u0127amlu sagrifi\u010b\u010bji l-Mostin sabiex illum g\u0127adhom dak kollu li tant jistg\u0127u jifta\u0127ru bih. U\u0127ud minn dawn id- dati \u0121barthom f\u2019dan l-artiklu tieg\u0127i g\u0127al din il-pubblikazzjoni. L-Ewwel Data u li hija wa\u0127da mill-aktar importanti hija dik tat-Twaqqif tal-Parro\u010b\u010ba tal-Mosta. Id-digriet kien in\u0127are\u0121 nhar is-16 ta\u2019 Settembru tas-sena 1608 mill-lsqof Mons. Tommaso Gargallo. Min\u0127abba xi ntoppi li nqalg\u0127u, dan id-Digriet tat-Twaqqif tal-Parro\u010b\u010ba Mosta ma kienx \u0121ie esegwit qabel id-data tal-14 ta\u2019 Lulju 1610. L-Ewwel Kappillan kien Dun \u0120wann Bezzina li dam imexxi l-Parro\u010b\u010ba mis-sena 1610 sas-sena 1617. Matul il-Parrokkat tieg\u0127u huwa kien \u0127a \u0127sieb iqabbad lill-Arkitett Tumas Dingli sabiex ifassal l-pjanta tal-Knisja l-Parrokkjali l-\u0121dida. Fis-sena 1784 saret l-ewwel qanpiena mis-sett ta\u2019 seba\u2019 qniepen li llum hemm fil- Kampnari tar-Rotunda. Din kienet fil-Knisja l-Qadima qabel ma tpo\u0121\u0121iet fejn qieg\u0127da llum. Il-qanpiena l-kbira ta\u2019 dan is-sett li tinsab we\u0127idha fil-kampnar tan-na\u0127a tax-xellug saret erba\u2019 snin biss wara li kienet g\u0127adha kemm tlestiet il-knisja mill-bini tag\u0127ha. \u0120iet fonduta fil-funderija tal-a\u0127wa Boero f\u2019\u0120enova fl-Italja. T\u0127allset g\u0127aliha s-somma ta\u2019 534 Lira Sterlina u \u0121iet ikkonsagrata solennement mill-lsqof Mons. Gejtano Pace Forno qabel ma din \u0121iet imtellg\u0127a fil-kampnar. Fis-sena 1878 saru \u017cew\u0121 qniepen o\u0127ra fil-funderija ta\u2019 \u0120ulju Cauchi sabiex ji\u017cdiedu mal- qniepen l-o\u0127rajn. Dawn swew is-somma 120 Lira Sterlina. Fis-sena 1860, ftit ta\u017c-\u017cmien biss wara li kienet tlestiet ir-Rotunda mill-bini tag\u0127ha, tpo\u0121\u0121a fil-post il-kwadru titulari. Dan qabel kien fil-knisja l-Qadima, g\u0127aldaqstant kienet saritlu xi ftit ta\u017c-\u017cieda mat-tila ori\u0121inali. Sa ftit tas-snin ilu konna nattribwixxu dan il- kwadru lill-pittur Baskal Buhagiar i\u017cda ri\u010bentament wara studju intensiv mill-Profs. Keith Sciberras li huwa l-kap tad-Dipartiment tal-Arti fl-Universit\u00e0 ta\u2019 Malta, dan il-kwadru sar attribwit lill-pittur famu\u017c Stefano Erardi li kien pitter ukoll il-kwadru tal-Madonna ta\u010b- \u010aintura g\u0127all-parro\u010b\u010ba tal-Mosta. Kien jin\u0127tie\u0121 li r-ra\u0127al tal-Mosta jkollu wkoll l-istatwa titulari tieg\u0127u. G\u0127al dan il- g\u0127an \u0121ie mqabbad l-lskultur Salvatore Dimech mag\u0127ruf b\u0127ala \u2018s-Sar\u0121\u2019 sabiex jag\u0127mel din l-istatwa. Din tlestiet u waslet fir-Rotunda fis-sena 1868. Fi \u017cmien l-Ar\u010bipriet Dun Karm Sciberras l-Iskultur \u010aensu Apap g\u0127amel xi modifikazzjonijiet fl-Istatwa Titulari. Dan kien fis-sena 1948. \u0120iet indurata mill-\u0121did fis- sena 1985 minn Manwel Damanin tal-Belt Valletta. FESTA 2023 111","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu Wa\u0127da mid-dati l-kbar fl-istorja tal-Mosta bla dubju ta\u2019 xejn hija dik tal-10 ta\u2019 Awwissu 1975. Dakinhar l-e\u010b\u010bellenza tieg\u0127u l-Ar\u010bisqof ta\u2019 Malta Mons. Mikiel Gonzi meg\u0127jun mill- Mons. Nikol Cauchi Isqof t\u2019G\u0127awdex u l-Isqof Mons. \u0120u\u017ceppi Mercieca fil-pre\u017cenza ta\u2019 madwar 100 sa\u010berdot, il-Prim Im\u0127allef il-Professur J.J. Cremona u l-President tar-Repubblika ta\u2019 Malta l-E\u010b\u010bellenza Tieg\u0127u Sir Anthony Mamo, po\u0121\u0121a kuruna tad-deheb im\u017cejna bi djamanti u \u0127a\u0121ar prezzju\u017c fuq ras ix-xbieha ta\u2019 Marija Assunta tal-kwadru tal-kor. \u0126amest ijiem wara, nhar il-15 ta\u2019 Awwissu 1975, l-Eminenza tieg\u0127u l-Kardinal Corrado Ursi minn Napli hekk kif kien g\u0127adu kemm temm Pontifikal Solenni fir- Rotunda qieg\u0127ed \u010burkett fis-saba\u2019 \u017c-\u017cg\u0127ir tal-istatwa titulai ta\u2019 Marija Assunta. E\u017catt g\u0127axar snin wara nhar il-15 ta\u2019 Awwissu 1985, l-E\u010b\u010bellenza Tieg\u0127u l-Isqof Marian Przykucki po\u0121\u0121a \u010binturin tad-deheb mal-Qadd tal-Istatwa Titulari ta\u2019 Santa Marija rigal ie\u0127or mill-poplu Mosti. Poplu li minn dejjem kien im\u0127e\u0121\u0121e\u0121 sabiex dan li jag\u0127mel f\u2019\u0120ie\u0127 Marija Assunta jkun bil-wisq xieraq g\u0127al patruna tar-ra\u0127al. Dawn id-dati li semmejt f\u2019din il-kitba tieg\u0127i huma biss ftit mill-\u0127afna li wie\u0127ed isib fl-Istorja tal-Mosta. Hemm bil- wisq aktar x\u2019wie\u0127ed isemmi. G\u0127aldaqstant ser inkompli dwar dan fil-\u0127ar\u0121a ta\u2019 dan il-programm tas-sena d-die\u0127la. IL-FESTA T-TAJBA LIL KUL\u0126ADD. 112 FESTA 2023","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu Charles B. Spiteri Meta l-arti tkun mag\u0127\u0121una fik Frans Muscat hu artist fabbli mill-Mosta, statwarju u jo\u0127loq bosta pasturi ta\u2019 kull daqs skont l-ordnijiet li jkollu. Il-jiem kollha tas-sena ssibu g\u0127addej jag\u0127mel il-pasturi Maltin. Is-sena li g\u0127addiet \u0127a sehem fil-presepju fuq stil Lhudi, li kien muri f\u2019Bergamo, l-Italja. Tkellimt ma\u2019 Frans, li kif g\u0127edt hu bniedem mill-a\u0127jar, fir-razzett tieg\u0127u fil-Mosta, fejn iqatta\u2019 bosta \u0127in fir-raba\u2019 u jsib \u0127in ukoll jag\u0127mel il-pasturi. Kif qalli hu stess, kemm ilu li rtira, qatt ma sab wisq ser\u0127an, g\u0127ax klijent jitkellem ma\u2019 ie\u0127or u dejjem jitolbuh u jordnawlu xi \u0127a\u0121a. Is-sabi\u0127a hi li Frans qatt ma tg\u0127allem l-arti f\u2019xi skola, g\u0127alkemm temm l-edukazzjoni sekondarja tieg\u0127u. Mistoqsi kif irnexxielu jie\u0127u sehem bil-pasturi tieg\u0127u f\u2019Bergamo, Frans qalli li hu msie\u0127eb f\u2019g\u0127aqda ta\u2019 presepisti G\u0127awdxin, li hekk kif saru jafu li se jorganizzaw wirja f\u2019dak il-pajji\u017c Taljan, il-membri \u0127biebu talbuh ja\u0127dmilhom il- pasturi. Arti innata Frans jemmen li l-arti tkun innata fil-bniedem, u g\u0127al dak li jirrigwarda lilu, jiftakar li sa minn meta kellu dawk il-\u0127ames snin, missieru kien jie\u0127du mieg\u0127u fl-g\u0127alqa, u hu kien il- gost tieg\u0127u jimmudella statwetti bil-\u0127amrija. Il-\u0127amrija kien ixarrabha u jiffurmaha f\u2019figuri u f\u2019annimali. Kull min kien jarah jilg\u0127ab, kien jinduna x\u2019kellu f\u2019mo\u0127\u0127u, g\u0127ax xi ftit xebh kien jag\u0127tihom ukoll. Jiftakar li kien il-gost tieg\u0127u jqieg\u0127ed il-figurini li jkun g\u0127amel fuq xi \u010bint g\u0127all-arja, i\u017cda meta l-g\u0127ada filg\u0127odu jmur jittawlilhom, kien isib li n-nida dewbithomlu; u jaqbad jibki. Ma\u017c-\u017cmien beda jipperfezzjona u \u0127a\u0121a li ma kinitx diffi\u010bli g\u0127alih kien il-proporzjon fl- o\u0121\u0121ett li jsawwar. I\u017cda aktar ma beda g\u0127addej i\u017c-\u017cmien aktar baqa\u2019 jitg\u0127allem mix-xog\u0127ol li jkun \u0121a wettaq. Jaqbel li l-aktar \u0127a\u0121a iebsa g\u0127all-bidu kienet tkun l-u\u010bu\u0127, g\u0127alkemm ma\u017c-\u017cmien beda jie\u0127u l-qag\u0127da tag\u0127hom ukoll. U\u017cu minn tafal Mosti Meta beda jifforma l-pasturi tat-tafal, kien jag\u0127mel u\u017cu mit-tafal li kien ji\u0121bor mill-wied tal-Mosta. Aktar tard beda jixtri t-tafal ta\u2019 barra, li tista\u2019 tu\u017cah bla \u0127afna t\u0127ejjijiet, g\u0127ax dak ta\u2019 Malta kont trid ixxarrbu sew, tiffurmah qisu kannoli u dejjem trid i\u017c\u017commu mxarrab \u0127afif. It-tafal ta\u2019 barra jkun di\u0121\u00e0 niedi. FESTA 2023 113","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu Kif Frans, daqqa ta\u2019 \u0127mistax-il sena ilu beda jixtri dan it-tafal, \u0127ass li seta\u2019 jipperfezzjona x-xog\u0127ol li minn dejjem kien g\u0127al qalbu. Xi \u0127bieb artisti, li b\u0127alu kienu dilettanti, kienu jg\u0127addulu xi kummenti u pariri, li hu kien jattwahom biex dejjem ikollu l-aqwa ri\u017cultati. Sadanittant baqa\u2019 qatt ma mar jistudja, g\u0127alkemm wara li \u0127are\u0121 mill-iskola, g\u0127amel l-e\u017cami tal-arti u g\u0127adda. L-istatwa tal-Piet\u00e0, li \u0127adem Frans. Fiha 60 \u010bentimetru tul b\u2019metru Jirrakkonta li darba, wara wisa\u2019 u ma\u0127duma fit-terracotta. li l-artist Leslie Agius, ra x-xog\u0127ol tieg\u0127u, staqsieh fejn kien imur jitg\u0127allem. Bi tbissima, Frans wie\u0121bu li jmur ftit \u2019il fuq mill-g\u0127alqa tag\u0127hom, peress li missier Leslie wkoll kellu g\u0127alqa ma\u0121enbhom. Beda bil-qaddisin L-Ecce Homo, f\u2019tul ta\u2019 120 \u010bentimetru, ma\u0127dum bil-\u2018fibreglass\u2019. Jiftakar li l-ewwel li kien beda jag\u0127mel kienu l-istatwi tal-qaddisin. Isib santa ta\u2019 qaddis u jirriprodu\u010biha fit-tafal, i\u017cda dak i\u017c- \u017cmien ma kienx beda ja\u0127mihom. G\u0127alhekk aktar ma jg\u0127addi \u017cmien minn fuqhom, it-tafal Malti jibda jiddeterjora u l-istatwi jispi\u010b\u010baw. B\u0127ala g\u0127odda, Frans xtara dik li ju\u017caw l-iskulturi tat-tafal, i\u017cda spi\u010b\u010ba wkoll jo\u0127loq tieg\u0127u stess minn xi bi\u010b\u010ba \u0127adida, li jilwiha skont il-\u0127tie\u0121a li jkollu. Peress li sa minn \u017cg\u0127ir, missieru u \u017c-\u017cew\u0121 nannietu r\u0121iel dejjem kellhom l-annimali, meta ji\u0121i biex jag\u0127mel xi mudell ta\u2019 nag\u0127\u0121a jew ta\u2019 xi \u017ciemel, itellag\u0127hom fuq g\u0127ajnejh bla ebda \u0127tie\u0121a li j\u0127ares lejn il-veru. Biex ix-xog\u0127ol li jag\u0127mel Frans idum aktar u jkollu dehra isba\u0127, jie\u0127du g\u0127and kumpanija li ta\u0127dem il-fu\u0127\u0127ar u ja\u0127muhulu. Dawn il-fran itellg\u0127u temperatura ferm og\u0127la minn forn tad-dar u b\u2019hekk it-tafal isir terracotta. Il-pro\u010bess idum xi 48 sieg\u0127a. Meta jkollu ftit pasturi jew xi \u0127a\u0121a o\u0127ra f\u2019qies \u010bkejken, jidda\u0127\u0127lu fil-forn ma\u2019 114 FESTA 2023","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu xog\u0127lijiet o\u0127rajn, ng\u0127idu a\u0127na va\u017cuni, i\u017cda meta \u0127adem l-istatwa tal-Piet\u00e0, li hi relattivament kbira, il-forn kellu jintu\u017ca g\u0127aliha biss. Tafal u re\u017cina Numru ta\u2019 annimali g\u0127all-presepji, spe\u010bjalment in-nag\u0127a\u0121 ja\u0127dimhom bir-re\u017cina. Ji\u0121ifieri jimmudella ftit nag\u0127\u0121iet li jkun se ju\u017ca u li jkunu f\u2019qag\u0127diet differenti, jo\u0127dilhom il-forom u jimliehom bir-re\u017cina. Il-bqija, kollox jin\u0127adem mit-tafal mo\u0127mi, li kif di\u0121\u00e0 g\u0127edna, isir terracotta. Sakemm \u0127are\u0121 bil-pensjoni, Frans kien jag\u0127mel xog\u0127ol totalment differenti, g\u0127alkemm meta jsib il-\u0127in kien jie\u0127u gost ja\u0127dem xi statwi, statwetti u pasturi. Ter\u0121a\u2019 mbag\u0127ad beda jsib, li xi \u0127abib li jkun ordnalu xi xog\u0127ol, jurih lil \u0127addie\u0127or, li jit\u0127ajjar u jmur ifittxu biex jordna hu wkoll xi sett pasturi. Frans mhux dejjem ja\u0127dem qies wie\u0127ed ta\u2019 pasturi, i\u017cda skont x\u2019jordnawlu. \u0120ieli g\u0127amel pasturi ta\u201930 \u010bentimetru, \u0121ieli ta\u201922 u wkoll ta\u2019g\u0127axar \u010bentimetri. Urieni l-istatwi li jiffurmaw il-\u0127arba lejn l-E\u0121ittu, f\u2019qies ta\u2019 22 \u010bentimetru, li kien g\u0127adu kif \u0127adem. \u0120eneralment, kull ordni tkun g\u0127al sett s\u0127i\u0127 ta\u2019 pasturi: il-Bambin, San \u0120u\u017cepp, il-Madonna, il-baqra u l-\u0127mara, in-nag\u0127a\u0121, l-an\u0121li u l-persuna\u0121\u0121i kollha li jkun fih presepju. \u0120ieli jo\u0127loq persuna\u0121\u0121i o\u0127ra skont ix-xewqa ta\u2019 min jordnalu. Kummissjonijiet Il-\u0127idma artistika kollha ta\u2019 dan l-artist dejjem issir b\u2019kummissjoni, ji\u0121ifieri ma jkunx jista\u2019 jbig\u0127 pasturi li min jaqbad u jmur g\u0127andu biex jixtri. Mistoqsi liema huma l-aktar pasturi diffi\u010bli biex jin\u0127admu, Frans we\u0121ibni dikment li jkunu l-annimali weqfin fuq saqajhom, g\u0127ax peress li meta jin\u0127admu, it-tafal ikun g\u0127adu frisk, ikunu je\u0127tie\u0121u l-appo\u0121\u0121 biex ma jaqg\u0127ux, peress li s-saqajn ikunu rqaq ukoll, i\u017cda ladarba x-xog\u0127ol jibda jinxef u wara jin\u0127ema, il-problema tisparixxi, g\u0127alkemm xorta trid toqg\u0127od attent li ma tkissirx. Madankollu, bejn pastur mara u nag\u0127\u0121a, il-mara tkun te\u0127tie\u0121 aktar xog\u0127ol min\u0127abba l-qag\u0127da li tkun fiha u d-dettalji marbutin mag\u0127ha, g\u0127ax \u0121ieli jkollha xi tifel jew barmil f\u2019idejha. Wara l-pro\u010bess li minn pasturi tat-tafal isiru tat-terracotta, Frans jag\u0127tihom i\u017c-\u017cebg\u0127a tal-undercoat u wara ji\u017cbog\u0127hom bil-kulur. Dan jing\u0127ata skont l-istil li jkun iridhom min jordnahom. G\u0127ax jekk il-pasturi jkunu fuq stil Malti, lill-ir\u0121iel jag\u0127mlilhom sidrija sewda, qmis bajda u qalziet kannella, waqt li jekk ikunu fuq stil Lhudi, ir-rg\u0127ajja jkollhom il- kulur abjad tal-qoton u l-lewn kannella. Kuluri differenti jag\u0127milhom fuq pasturi o\u0127rajn li jirrappre\u017centaw persuna\u0121\u0121i sinjuri. G\u0127al San \u0120u\u017cepp imur fuq it-tradizzjonali; l-ilwien vjola u kannella, waqt li g\u0127all- Madonna ju\u017ca l-blu u l-a\u0127mar. Meta ji\u0121i biex ji\u017cbog\u0127 il-baqra, Frans ma ju\u017cax l-abjad u l-iswed, i\u017cda l-abjad u l-kannella, g\u0127ax skont hu, il-baqra bl-iswed hi baqra moderna. Pasturi mi\u017cjuda Mitlub jg\u0127idli fuq id-drawwa li qed tid\u0127ol bil-mod, li fil-presepji qed ji\u017cdiedu \u010berti pasturi -- pere\u017cempju f\u2019dak Malti naraw lil San \u0120or\u0121 Preca, lil San Gejtanu, lill-Papa \u0120wanni Pawlu II u figuri o\u0127rajn li m\u2019g\u0127andhom x\u2019jaqsmu xejn mal-presepju ori\u0121inali, Frans we\u0121ibni li hu FESTA 2023 115","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu ja\u0127dimhom g\u0127ax jordnawhomlu, i\u017cda ma j\u0127ossx li fil-verit\u00e0 g\u0127andhom jag\u0127mlu parti mill- presepju tradizzjonali. Biex jo\u0127ro\u0121 lil dawn il-pasturi, li n-nies tal-lum jiftakruhom; b\u0127al San \u0120or\u0121 u l-Papa, il-klijenti jag\u0127tuh is-santi tag\u0127hom, biex kemm jista\u2019 jkun ixiebahhomlhom. Fil-ka\u017c ta\u2019 qaddisin o\u0127rajn b\u0127al San Gejtanu, li ma jiftakru \u0127add, ikun jista\u2019 jag\u0127millu wi\u010b\u010b kif jidhirlu hu. Ebda sehem f\u2019kompetizzjonijiet Fil-kompetizzjonijiet li jsiru kull sena g\u0127all-aqwa presepju, Frans qatt ma \u0127a sehem. Kif qalli: la qatt reba\u0127 u lanqas se jirba\u0127, g\u0127ax il-kompetizzjonijiet jafu jbaqbqu lil dak li jkun u hu jippreferi jibqa\u2019 trankwill. Xog\u0127lijiet moderni bit-terracotta g\u0127amel ukoll. Jiftakar bi\u010b\u010ba xog\u0127ol li kienet g\u0127al qalbu, fejn persuna talbitu jag\u0127mlilha mudell minn ritratt ta\u2019 artist \u0120appuni\u017c, li kien juri bi\u010b\u010ba wi\u010b\u010b \u0127iere\u0121 minn ferg\u0127a ta\u2019 si\u0121ra. I\u017cda \u0121ieli jordnawlu xog\u0127lijiet o\u0127ra moderni li qajla jifhimhom. Madankollu jaqdi lil dak li jkun, g\u0127alkemm jippreferi jag\u0127mel xog\u0127ol b\u2019\u010berti dettalji. G\u0127al darba, organizza wirja fir-Razzett tal- Marki\u017c il-Mosta. Esibixxa xi xog\u0127lijiet li g\u0127andu d-dar, i\u017cda ma kinux g\u0127all-bejg\u0127, g\u0127ax huma tal- kollezzjoni privata tieg\u0127u. G\u0127alkemm Frans hu mag\u0127ruf sew g\u0127ax-xog\u0127ol tieg\u0127u bit-tafal, l-aktar g\u0127all-pasturi, ja\u0127dem ukoll fuq il-\u0121ebla, tant li fil-bidu tas-sajf lesta l-istatwa ta\u2019 San Nikola. Ma wettaqx li xtaq B\u2019\u010bajta jg\u0127id li minn meta wasal biex jispi\u010b\u010ba mix-xog\u0127ol, dejjem \u0127aseb li se jibda jg\u0127ix trankwill, i\u017cda n-nies ma \u0127allewhx. G\u0127alhekk jara kif jag\u0127mel biex g\u0127adu jla\u0127\u0127aq max-xog\u0127ol tal-g\u0127alqa li g\u0127andu u ma\u2019 kull \u010bans li jsib, jid\u0127ol fir-razzett, ja\u0127dem il-pasturi. Idum numru sew ta\u2019 sig\u0127at ja\u0127dem, waqt li meta jirritorna d-dar ikompli bl-istess xog\u0127ol hemm ukoll. Martu Ruth ukoll saret parti mill-\u0127idma tieg\u0127u, g\u0127ax spiss tmur tg\u0127inu r-razzett u ti\u017cbog\u0127lu l-pasturi bl- Il-bust ta\u2019 Madre Tere\u017ca, ma\u0127dum minn undercoat labdarba jkunu tat-terracotta. Frans bil-\u2018fibreglass\u2019. Wara li jinxfu, Frans jer\u0121a\u2019 ji\u017cbog\u0127hom bi\u017c- \u017cebg\u0127a ta\u017c-\u017cejt tal-pittura. \u0120ieli wkoll ju\u017ca \u017cebg\u0127a akrilika g\u0127all-annimali. Id-differenza hi li l-akrilika tkun ibba\u017cata fuq l-ilma, i\u017cda l-o\u0127rajn, bi\u017c-\u017cebg\u0127a tal-pittura, ix-xog\u0127ol jo\u0127ro\u0121 a\u0127jar, spe\u010bjalment il-karna\u0121\u0121jon. It-tliet uliedu kollha j\u0127e\u0121\u0121uh biex jieqaf u jgawdi l-\u0127ajja, i\u017cda hu jsostni li dan ix-xog\u0127ol minn dejjem kien parti minn \u0127ajtu, jag\u0127mlu b\u0127ala delizzju u fl-istess \u0127in ma joqg\u0127odx b\u2019idejh fuq \u017caqqu; \u0127a\u0121a li qatt ma g\u0127amilha u ddejqu mmens. 116 FESTA 2023","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu PASTIZZI \u2022 QASSATAT \u2022 TIMPANI \u2022 PIZZA SAUSAGE ROLLS \u2022 SPINACH PIES MEATPIES \u2022 ARAN\u00c7I Caterers & Pastizzeria Tel: 27 420067 Bob TAKE AWAY Joe Abela St. Anthony Street, Mosta Mob: 7944 4338 Melecin Water Supplies Contact Us: 9988 0662 \/ 9948 5795 FESTA 2023 117","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu Is-So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu tirringrazzja lil dawn il-benefatturi LOOK NO FURTHER... Frans il-Pesus YOU JUST FOUND YOUR BEST DEAL! T: 79222275 \/ 21411499 g\u0127al kull xog\u0127ol ta\u2019 kisi u tibjid \t Mob: 9946 9521 E: [email protected] ALUMINIUM www.venturamalta.com Garage 7, Triq il-Parsott, Mosta \u2022 Tel: 2141 8186 Il-Ka\u017cin 15 ta\u2019 Awwissu, Mosta Mob: 9982 1208 \/ 9988 3523 Mob: 9974 4129 JC Gypsum Works Fejn issibu atmosfera ta\u2019 \u0127biberija u ambjent familjari, kif ukoll kull xorta ta\u2019 snacks, xorb \u0121enwin u appetizers Justin Camilleri 99258202 George Tonna For all types of Gypsum Works, Flat Ceiling, Soffits 60x60, Bulk Heads, Partitions, Coving, Tel: 21 412204 \u2022 Mob: 9942 5234 Wall Units and Customised feature walls Point View Garage, New Street in Fort Road, Industrial Zone - Mosta G\u02d9al kull xog\u02d9ol fl-injam b\u02d9al twieqi, bibien, k\u00e7ejjen, e\u00e7\u00e7, kif ukoll \u02d9dim ta\u2019 arbli tal-festi Ta\u2019 \u00ccilda 24hr Minibus Service Mob: 79706451 118 FESTA 2023","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu RAYLAND Ray Bonavia Director co. limited Mob: (+356) 9949 9240 Tel\/Fax: (+356) 2142 3999 Residence: (+356) 2141 6199 21, Amaryllis, \u00ccanni Vella Street, Mosta MST 2270 www.raylandmalta.com Property Dealers [email protected] and Developers Fabian Schembri (Tas-Sapuna) Ladders for Hire Mob: 7991 4462 \u2022 Email: [email protected] Tower up to 20m Garden maintenance, planting and pruning mobile 9945 0685 FOR ALL YOUR GARDEN SERVICES Green Supplier Ltd. Flower and Plant Growers Ikkuntattjaw lil Wi\u0121i u Doris : Mdawra Road, Burmarrad Tel: 2157 1428 \u2022 Fax: 2157 4879 \u2022 Mob: 9947 2404, 9947 2402 Email: [email protected] Importers & Distributors Call GNoUwARfoAr NUTnEbeElDievAaFbTleEPRrices 150a, EuchSaAriLsEticSCSoEnRgVreICssERD, Mosta T: 21420042 \u2022 M:79991717 E: [email protected] W: www.digiline.com.mt TChheoiBcee!st Gelateria St. Joseph Garage, Triq San Pawl tal-Qlajja, Mosta Tel: 2143 0723 \u2022 Mob: 7982 0555 Main Kiosk Medina Gate San Anton Garden Kiosk Mobile Ice-Cream Kiosks Grazzi mill-Qalb Mikesand, Industrial Zone, Ta\u2019 Qali, Attard ATD 4000 tel: 21 415 332 email: [email protected] www.attardbros.com FESTA 2023 119","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu Is-So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu tirringrazzja lil dawn il-benefatturi Eman Camilleri E-mail: [email protected] Mob: 9946 2513 FAONERW ADDEDRSEISGS N & STYLE www.halmannvella.com Excavating Rock Cutting Works and Plant Hiring MARBLE GRANITE TERRAZZO COMPOSITE STONE HARD STONE QUARTZITE \u2018\u00ccawhra\u2019, \u00ccu\u2126eppi Hyzler Str., Mosta Showroom: The Factory, Mosta Road, Lija LJA 9016 - Malta Tel: +356 21 433636 F ax: +356 21 412499 E-mail: [email protected] Tel: 21 422957 Mob: 9944 8038 FAONERW ADDEDRSEISGS N & STYLE www.halmannvella.com J. VELLA MARBLE GRANITE TERRAZZO COMPOSITE STONE HARD STONE QUARTZITE Ta\u2019 \u00c7omba Stone Works Showroom: The Factory, Mosta Road, Lija LJA 9016 - Malta Tel: +356 21 433636 F ax: +356 21 412499 E-mail: [email protected] The Beginning of a New Stoneage \u010aempel fuq 99472039 - 99496747 Showroom: 19, Triq il-Kbira, Mosta \u2022 Tel\/Fax: 2141 2216 Factory: Triq ir-Razzett l-A\u02d9mar, l-Iklin \u2022 Tel: 2143 2352 Mobile: 9947 7167 Email: [email protected] www.jvellastoneworks.com Grima Construction & Crane Hire Call on 9929 8113 Jason Grima Ta\u2019 Swejda 120 FESTA 2023","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu For all types of Excavation Works, Plant Hire, Skip Hire & Waste Services St. Francis, Triq il-Fortizza, Mosta. Tel: 21 422 624\/5, 99 490 877, 99 495 099 Fax: 21 423 084 e-mail: [email protected] XOG\u0126OL TA\u2019 TORBA U KONKOS G\u0126ALL-GARAGES, KONTRABJUT BIL-POWER FLOUT, RAMPI U BANKINI BID-DISINN Wied Il-Ghasel, Burmarrad L\/o Naxxar Malta For Orders Phone : 99492755 Accounts Department : 79289275 Property Negotiation : 79492755 Email : [email protected] Grazzi mill-Qalb Factory: Wied il-G\u0127asel, Burmarrad, Malta Tel: 2158 0908 \/ 2157 6151 \u2022 Mob: 9949 2575 Website: www.transmecmalta.com \u2022 Email: [email protected] FESTA 2023 121","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu Prof. George Cassar Obelisk fi Pjazza Rotunda B\u0127alissa qed jing\u0127ad \u0127afna dwar il-possibbilt\u00e0 li jinbena obelisk fil-pjazza tal-Mosta. Hawn m\u2019inhu konvint li g\u0127andu jsir u hawn min g\u0127adu jiddibatti jekk g\u0127andux isir. U fuq kollox, kul\u0127add jit\u0127addet dwar il post fejn g\u0127andu jitwaqqaf. G\u0127amilt ftit riflessjonijiet dwar dan is-su\u0121\u0121ett biex forsi kemm jien u kemm il-qarrej nifhmu aktar\/a\u0127jar x\u2019inhu dan l-obelisk; kif da\u0127al fl-istorja tal-Mosta u tar-Rotunda; u, fejn jista\u2019\/g\u0127andu jittella\u2019 jekk ikun de\u010bi\u017c li dan jitpo\u0121\u0121a fil-pjazza tal-Mosta. L-ori\u0121ini tal-obelisk L-obelisk huwa struttura arkitettonika li ori\u0121inat fl-E\u0121ittu tal-Qedem. Kien jitqatta\u2019 b\u0127ala \u0127a\u0121ra wa\u0127da u allura hu monolit. Ma\u017c-\u017cmien insibu li l-obelisk \u0121ie adottat minn kulturi u \u010biviltajiet varji. Ir-Rumani g\u0127o\u0121obhom l-obelisk u matul l-istorja tal-Imperu tag\u0127hom in\u0121iebu numru ta\u2019 obeliski mill-E\u0121ittu u twaqqfu f\u2019in\u0127awi diversi tal-belt ta\u2019 Ruma. Fost numru ta\u2019 sinifikati, l-obelisk kien ukoll meqjus b\u0127ala simbolu reli\u0121ju\u017c f\u2019reli\u0121jonijiet pagani. L-obelisk fil-Kristjane\u017cmu Wara li waqa\u2019 l-Imperu Ruman u l-obeliski li kienu twaqqfu \u0121ewwa Ruma sfaw abbandunati g\u0127al numru ta\u2019 sekli, il-papiet ma\u017c-\u017cmien re\u0121g\u0127u bdew jag\u0127tuhom importanza. Pere\u017cempju, il-Papa Sistu V, fl-1586, kien ordna li jkun trasportat lejn Pjazza San Pietru, obelisk E\u0121izzjan li ori\u0121inarjament kien \u0121ie mi\u0121jub Ruma mill-Imperatur Caligula fis-sena 37 w.K., biex dan jitwaqqaf fi\u010b-\u010bentru tal- pjazza tal-Vatikan. Dan l-obelisk kellu jissimbolizza r-reb\u0127a tal-Kristjane\u017cmu fuq il-pagani\u017cmu. Fil-qu\u010b\u010bata ta\u2019 dan l-obelisk kien \u0121ie mi\u017cjud salib. L-obelisk sab postu fir-reli\u0121jon Nisrani, pere\u017cempju, billi jservi ta\u2019 mafkar u jonora l-mejtin. Permezz tal-obelisk ti\u0121i trasmessa l-qawwa u s-sigurt\u00e0 li toffri l-fidi. Iservi biex niftakru li l-fidi g\u0127andha s-setg\u0127a u l-\u0127ila tipprovdi s-sostenn u d-direzzjoni fil-mumenti ta\u2019 diffikult\u00e0. G\u0127alhekk, Il-Pantheon ta\u2019 Ruma, bl-obelisk quddiemu min\u0127abba li jirrappre\u017centa t-tama \u2013 pittura tal-1835 ta\u2019 Rudolf von Alt 122 FESTA 2023","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu u l-kura\u0121\u0121 kontra l-qtig\u0127 il-qalb, l-obelisk ilu g\u0127al sekli s\u0127a\u0127 simbolu ikoniku tal-fidi u jfakkarna fil-poter u l-protezzjoni marbutin mat-twemmin Nisrani tag\u0127na. L-obelisk quddiem il-Pantheon ta\u2019 Ruma Dan it-tempju pagan, u li wara sar knisja Kattolika, \u0121ewwa Ruma, g\u0127andu quddiemu obelisk. Din il-knisja, mag\u0127rufa informalment b\u0127ala Santa Maria Rotonda, \u0121iet iddedikata lil Santa Marija u l-Martri meta fis-sena 609 w.K. it-tempju pagan, li kien imur lura g\u0127al madwar il-126 w.K., sar knisja Kattolika. Fil-pjazza ta\u2019 quddiem il-knisja nbniet funtana fl-1575 fi \u017cmien il-Papa Girgor XIII, filwaqt li fl-1711, il-Papa Klement XI \u017cied obelisk E\u0121izzjan fuq din il-funtana. L-obelisk fil-\u0127sieb ta\u2019 Grognet u l-knisja tal-Mosta Nafu mill-pjanti ori\u0121inali tal-knisja attwali tal-Mosta, li l-arkitett tag\u0127ha, George Grognet de Vass\u00e8, xtaq li fil-kompo\u017cizzjoni arkitettonika kompluta jkun hemm ukoll quddiem iz- zuntier, \u017cew\u0121 funtani tal-ilma, wa\u0127da fuq kull na\u0127a tat-tara\u0121 \u010bentrali, u obelisk bejniethom. Jidher li dan il-mawsulew (kif isejja\u0127lu l-istoriku u ri\u010berkatur Mosti, Emmanuel Benjamin Vella), kellu jkun g\u0127oli 86 pied, u allura jwassal sal- gallerija ta\u2019 ta\u0127t il-qniepen tal-kampnar. Interessanti li Vella ju\u017ca t-terminu \u2018mawsulew\u2019 li jfisser binja maqtug\u0127a g\u0127aliha u li sservi b\u0127ala post fejn ikun hemm midfunin persuna jew persuni. G\u0127alhekk, mawsulew huma forma ta\u2019 qabar. Dan jista\u2019 jag\u0127tina x\u2019na\u0127sbu li meta ddisinja u ppropona l-obelisk, Il-pjanta li ddisinna Grognet fejn jidhru l-funtani u Grognet kien ried ifisser u jfakkar li l-obelisk (\u0127ajr: is-Sur Raymond Cauchi) f\u2019dik il-knisja tonda, illum ba\u017cilka, kien hemm (u g\u0127ad hemm) midfuna mijiet ta\u2019 nies. Hi g\u0127alhekk qabar kbir komunitarju, fejn il- Mostin difnu lill-g\u0127e\u017cie\u017c tag\u0127hom matul is-sekli. L-istess disinn tal-knisja kien assikura li \u0127add minn dawn il-midfunin ma ji\u0121i m\u010baqlaq billi ma sarux pilastri mda\u0127\u0127la fil-paviment u hekk ma kienx hemm g\u0127alfejn jit\u0127arbtu l-oqbra li kien hemm fil-knisja ta\u2019 qabel (ddisinjata minn Tumas Dingli). Mela, l-obelisk kellu jkun mafkar marbut ma\u2019 dan il-midfen li jinsab fir-Rotunda Mostija. Barra minn hekk, irridu nifhmu wkoll g\u0127aliex Grognet ried dan l-obelisk. Tajjeb niftakru li hu kien in\u0121inier militari, u serva mal-Armata Fran\u010bi\u017ca ta\u0127t il-\u0120eneral Napuljun Bonaparte fil-kampanja militari fl-E\u0121ittu tal-1798. Grognet, \u0121ie g\u0127alhekk f\u2019kuntatt mal-kultura u \u010b-\u010bivilt\u00e0 E\u0121izzjana tal-Qedem. Ra l-arkitettura u xtarr il-kun\u010betti wara l-istrutturi li \u0127ar\u0121u minn din i\u010b-\u010bivilt\u00e0, inklu\u017c l-obelisk. Aktar tard, meta \u0121ie biex jipproponi d-disinn tieg\u0127u g\u0127all-knisja l-\u0121dida li riedu jibnu l-Mostin, li g\u0127aliha \u0127a l-ispirazzjoni mill-Pantheon, \u017cgur li kien familjari ma\u2019 din il-knisja Rumana u mal-ambjent urban li kienet fih. Dan ifisser li, barra l-forma tonda, il-kolonnar, it- tema arkitettonika Klassika, u attributi o\u0127ra, kien ukoll konxju tal-pjazza ta\u2019 quddiemha, bil- funtana bl-obelisk fiha. Dawn i\u017c-\u017cew\u0121 karatteristi\u010bi f\u2019wie\u0127ed, Grognet jidher li ttradu\u010bihom FESTA 2023 123","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu fil-pjanta tieg\u0127u b\u0127ala elementi separati. Hekk, fil-Mosta, il-funtana Rumana saret \u017cew\u0121 funtani, u l-obelisk fil-funtana quddiem il-Pantheon sar obelisk \u010bentrali u separat g\u0127alih. Fuq kollox, dan l-obelisk kellu jkollu salib fil-qu\u010b\u010bata. Hekk, dak li kien pagan sar Kristjan, u segwa l-prattika Nisranija li kienet \u0121iet adottata mill-Knisja Kattolika. L-obelisk ried ifakkar li hemm kien post ta\u2019 kult u twemmin kif ukoll midfen. Ried juri l-qawwa tal-fidi kemm permezz tal-obelisk stess, imma xejn inqas bil-knisja monumentali. Ried jippro\u0121etta l-arkitettura Neoklassika bl-aktar mod qawwi billi barra l-karatteristi\u010bi u l-motivi li jmorru ma\u2019 binja ta\u2019 dan l-istil, isa\u0127\u0127a\u0127 il-kompo\u017cizzjoni aktar bl-inklu\u017cjoni tal- obelisk. Din l-istruttura, barra li kienet tfakkru fi\u017c-\u017cmien li hu qatta\u2019 fl-E\u0121ittu, aktar minn hekk, kienet tfakkar lil kull min jaraha fil-qawwa u s-sostenn tal-Fidi Kristjana. Mill-kompo\u017cizzjoni Grognetjana g\u0127ad fadal nieqes l-obelisk \u010bentrali fil-pjazza quddiem il-ba\u017cilka biex il-kun\u010bett tieg\u0127u ikun komplut. Fejn l-a\u0127jar jittella\u2019 l-obelisk Tajjeb infakkru li x-xewqa ta\u2019 Grognet fir-rigward tal-obelisk kienet wa\u0127da \u010bara. Hu ried li din l-istruttura titwaqqaf fi\u010b-\u010bentru bejn i\u017c-\u017cew\u0121 funtani, ftit \u2019il barra mit-tara\u0121 \u010bentrali taz- zuntier. Ma kienx ma\u0127sub li jkun hemm wisq spazju bejn il-ba\u017ci tal-obelisk u t-tara\u0121. Meta wie\u0127ed iqis id-disinn ori\u0121inali jista\u2019 ji\u0121ih dubbju jekk Grognet kienx nesa l-pur\u010bissjonijiet tal-Assunta u tal-\u0120img\u0127a l-Kbira. Imma dan ji\u0121ri biss jekk wie\u0127ed jara d-disinn bl-g\u0127ajnejn, u jqisu bir-realt\u00e0, tal-lum. Meta Grognet g\u0127amel id-disinn tieg\u0127u (ftit qabel l-1830), la l-pur\u010bissjonijiet u wisq aktar l-istatwi pro\u010bessjonali ma kienu jo\u0127or\u0121u barra l-knisja. Dawn bdew bil-mod il-mod xi \u017cmien wara li tlestiet ir-Rotunda, ji\u0121ifieri wara l-1860. Biss, biss, tajjeb niftakru li kemm l-istatwa titulari ori\u0121inali tal-Assunta, u kemm l-ewwel \u017cew\u0121 statwi tal-pur\u010bissjoni tal- \u0120img\u0127a l-Kbira jmorru lura g\u0127all-1866. Mela l-\u0127sieb ta\u2019 Grognet kien jag\u0127mel sens g\u0127a\u017c- \u017cmien li kien ipproponieh. Issa, per\u00f2, la qeg\u0127din nikkontemplaw dwar jekk dan l-obelisk wasalx i\u017c-\u017cmien li jittella\u2019 skont ix-xewqa tal- arkitett tal-Ba\u017cilika Mostija, irridu nikkunsidraw i\u010b- \u010birkustanzi pre\u017centi. Jidher \u010bar li obelisk fil-post indikat fil-pjanta ori\u0121inali se jkun ta\u2019 xkiel g\u0127all- pur\u010bissjonijiet kollha li jo\u0127or\u0121u mill-knisja ar\u010bipretali matul is- sena, u dan aktar u aktar meta nqisu l-vari kbar b\u0127al tal-Assunta, tal-Irxoxt u s-sett tal-\u0120img\u0127a l-Kbira. Ma ninsewx ukoll il-funerali, fejn il-mejjet jitni\u017c\u017cel quddiem il-knisja u jin\u0121arr g\u0127all-Ba\u017cilika mit-tara\u0121 \u010bentrali. Hawn min forsi jistaqsi: Allura dan ifisser li m\u2019g\u0127andu jsir xejn? Le, mhux bil-fors. Nafu li l-Mostin dejjem adattaw ru\u0127hom g\u0127all-\u0127ti\u0121ijiet tal-mument meta komplew l-opra ta\u2019 Grognet. Saru t-tibdiliet li \u0127assew li kienu pratti\u010bi f\u2019dak i\u017c-\u017cmien li kellhom jie\u0127du 124 FESTA 2023","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu de\u010bi\u017cjoni. Pere\u017cempju, meta \u0121ew biex itellg\u0127u l-lanterna fuq il-koppla, g\u0127alkemm u\u017caw disinn ta\u2019 Grognet, ma ddejqux jitolbu parir u direzzjoni ming\u0127and is-Supretendent tax- Xog\u0127lijiet Pubbli\u010bi, l-Arkitett Giorgio Schinas. Dan fil-fatt \u017cied l-g\u0127oli tal-lanterna b\u2019aktar minn metru u nofs u naqqas mit-tul tal-an\u0121lu li Grognet xtaq fil-qu\u010b\u010bata. Meta fl-1889 sar ix-xog\u0127ol, umbag\u0127ad, anki l-an\u0121lu t\u0127alla barra u fil-fatt g\u0127adu nieqes sal-lum. Dan jista\u2019 jing\u0127ad ukoll g\u0127az-zuntier li l-ewwel saret ver\u017cjoni ttar\u0121ata u miftu\u0127a biex wara, fl-1928, sar iz-zuntier li hemm illum. Tajjeb ng\u0127idu li dawn iz-znieter ma segwewx id-disinn e\u017catt ta\u2019 Grognet g\u0127alkemm qabdu l-ispirtu tal-kun\u010bett arkitettoniku li hu kien xtaq. Dak tal-lum, pere\u017cempju, kellhom i\u010bekknuh xi ftit min\u0127abba li l-qies tal-pjazza ma ppermettitx li jsir fid- daqs ori\u0121inali. U x\u2019ing\u0127idu g\u0127all-istatwi li kienu pproponuti li jsiru fuq i\u017c-\u017cew\u0121 pedestalli li kellhom jitwaqqfu wie\u0127ed fuq kull na\u0127a tal-portiku? Grognet kien ssu\u0121\u0121erixxa lil San \u0120or\u0121 fuq ix-xellug u lil San Pawl fuq il-lemin, it-tnejn fuq i\u017c-\u017ciemel. Illum nafu li fuq dawn il-pedestalli l-Mostin po\u0121\u0121ew lil San Pawl u lil San Pietru (li flimkien mal-appostli l-o\u0127ra ta\u2019 ta\u0127t il-portiku saru bejn 1966 u l-1974). U meta r-Rotunda fl-2010 ing\u0127atat \u017cew\u0121 funtani ma\u0127dumin Sqallija b\u0127ala \u0121est ta\u2019 rikonoxximent mill-Gvern Malti g\u0127as-sehem qawwi li l-knisja tal-Mosta kellha fis-settur turistiku, dawn ma qag\u0127dux ja\u0127sbu kemm kienu e\u017catt b\u0127ad-disinn ta\u2019 Grognet imma raw li dawn kienu se jikkumplimentaw id-disinn tal-knisja kif kien xtaq l-arkitett tag\u0127ha u tpo\u0121\u0121ew fil-post fejn hu kien indika fuq il-pjanta tieg\u0127u. Mela dwar l-obelisk l-istess sitwazzjoni tapplika. Jekk isir fil-post ori\u0121inali kif kien ma\u0127sub, dan ikun ta\u2019 ngombru u tfixkil g\u0127all-attivit\u00e0 attwali tal-parro\u010b\u010ba. G\u0127alhekk hu evidenti li l-obelisk irid jimxi aktar \u2019l bog\u0127od mit-tara\u0121 \u010bentrali taz-zuntier biex filwaqt li jg\u0127aqqad l-kompo\u017cizzjoni tal-fa\u010b\u010bata, fl-istess \u0127in ma jkunx f\u2019post li jfixkel l-andament tal-attivitajiet varji marbutin mal-knisja. G\u0127alhekk, jidher \u010bar li filwaqt li l-obelisk jibqa\u2019 fin-nofs, dan g\u0127andu jitressaq xi ftit \u2019il bog\u0127od skont kif jippermetti d-disinn li qieg\u0127ed ji\u0121i m\u0127ejji g\u0127al Pjazza Rotunda, fejn la jfixkel il-fluss tat-traffiku, la jnaqqas mill-u\u017cu ta\u2019 kuljum ta\u017c-\u017cona ta\u2019 quddiem il-knisja, u lanqas ikun impediment f\u2019tant sitwazzjonijiet o\u0127ra li issa saru parti minn dak l-ispazju. Hu wkoll essenzjali li jinstab post adegwat min\u0127abba li trid tit\u0127affer \u0127ofra fonda biex isir ankra\u0121\u0121 adegwat \u0127alli l-obelisk ma jkunx jista\u2019 jmil jew jaqa\u2019 min\u0127abba xi ra\u0121uni b\u0127al ri\u0127 qawwi \u0127afna jew maltemp. U biex tkun po\u017cizzjonata din il-\u0127ofra trid ting\u0127ata attenzjoni g\u0127as-servizzi li g\u0127addejjin minn ta\u0127t l-art kif ukoll minfejn g\u0127addej ix-xelter li hemm biswit iz-zuntier. Dan tal-a\u0127\u0127ar \u0121ie m\u0127affer matul it-Tieni Gwerra Dinjija u jg\u0127addi minn ta\u0127t l-art fi\u017c-\u017cona li qieg\u0127da quddiem it-tara\u0121 \u010bentrali, proprju fil-post fejn Grognet kien indika li kellu jittella\u2019 l-obelisk. Mela, nistg\u0127u nkunu pratti\u010bi filwaqt li nirrispettaw il-\u0127sieb u x-xewqa tal-arkitett Grognet li \u0127ass li mawsulew fil-forma ta\u2019 obelisk kien importanti biex jikkompleta dan il-pro\u0121ett Neoklassiku li hu tant emmen fih u li l-Mostin, immexxija mill-Kappillan tag\u0127hom Dun Feli\u010b Calleja, riedu b\u2019determinazzjoni, u \u0127admu qatig\u0127 biex jarawh ise\u0127\u0127. Biex ti\u0121i diskussa u e\u017caminata fil-fond il-proposta g\u0127at-twaqqif tal-obelisk, il-Kunsill Lokali tal-Mosta \u0127atar sottokumitat li issa beda jiltaqa\u2019 regolarment. Dan hu mag\u0127mul minn dawn il-membri: Is-Sindku l-Perit Chris Grech, il-Minority Leader is-Sur Keith Cassar, il-Kunsillier is-Sur Marvic Camilleri, il-Konsulent g\u0127all-Kultura s-Sur Simon Abela, il- Prof. George Cassar, is-Sur Raymond Cauchi, is-Sur Vincent Dimech, u rappre\u017centant tal- Parro\u010b\u010ba, Giovanni Chetcuti. FESTA 2023 125","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu Lawrence Gatt I\u010b-\u010aurkett tat-Tie\u0121 \u201cG\u0127adna fejn konna Marija,\u201d qal il-professur lill-mara li kellu quddiemu, \u201cit-tifel g\u0127adu ma weriex sinjal ta\u2019 progress.\u201d \u201cHemm tama li jg\u0127addilu, Profs?\u201d staqsiet Marija bid-dmug\u0127 \u0127iere\u0121 minn g\u0127ajnejha. \u201cDa\u017cgur li hemm. Kellna ka\u017cijiet b\u0127alu u g\u0127addhielhom,\u201d g\u0127amlilha l-kura\u0121\u0121 il- Professur. \u201cProfs, fejjaquli g\u0127ax lilu biss g\u0127andi fid-dinja!\u201d talbitu bil-\u0127niena. \u201c\u0126alli f\u2019idejja, Marija. \u0126a nag\u0127millek l-a\u0127jar li nista\u2019,\u201d ser\u0127ilha mo\u0127\u0127ha l-Professur. Marija kienet mara ta\u2019 ftit anqas minn erbg\u0127in sena u binha li kellu tnax-il sena, instab li kellu kan\u010ber fid-demm. Marija kienet \u0121ejja minn familja fqira. Missierha kien \u0127addiem ja\u0127dem ma\u2019 kuntrattur tal-bini. Kien \u0127addiem tal-id. Ma kellux xi paga kbira imma t-tliet uliedu dejjem sabu x\u2019jieklu. Hi kienet i\u017c-\u017cg\u0127ira fil-familja. I\u017c-\u017cew\u0121 \u0127utha l-o\u0127ra kienu subien. Skola t-tlieta li huma kienu marru l-Primarja u \u0127add minnhom ma kompla jistudja. \u0126utha kienu t-tnejn ja\u0127dmu ma\u2019 kuntrattur tal-bini wkoll, imma mhux l-istess wie\u0127ed li kien ja\u0127dem mieg\u0127u missierhom. Bil-paga ta\u2019 missierhom u xi \u0127a\u0121a li \u0127utha kienu jag\u0127tu lil ommhom kienu j\u0121a\u0127\u0121\u0127uha. Ma kellhomx kapri\u010b\u010bi imma dejjem \u0127allsu l-kera tad-dar f\u2019waqtha u dejjem kielu platt s\u0127un. \u0126add minnhom qatt ma kien siefer imma \u0127utha kienu jo\u0127or\u0121u jie\u0127du flixkun birra ma\u2019 s\u0127abhom u missierhom kien imur ta\u2019 spiss fil-\u0127anut tal-kaf\u00e8 tar-ra\u0127al fejn kienu joqog\u0127du. Marija, meta temmet l-iskola primarja li g\u0127addietha fl-iskola \u017cg\u0127ira li kellhom fir-ra\u0127al tag\u0127hom bdiet taqla\u2019 xi \u0127a\u0121a billi kienet tmur tnaddaf u ta\u0127sel id-djar ta\u2019 xi sinjuri li kien hemm fir-ra\u0127al. Xi \u0127a\u0121a kienet tag\u0127ti lil ommha wkoll. Imma b\u2019dak li kienet taqla\u2019 ma setg\u0127etx tfaddal wisq. Imma g\u0127all-anqas kienet indipendenti mill-\u0121enituri tag\u0127ha g\u0127all- b\u017connijiet personali tag\u0127ha. Meta kellha tmintax-il sena kienet \u0127adet grazzja ma\u2019 \u0121uvni mir-ra\u0127al tag\u0127hom, jismu Toni. Kien \u0127addiem tal-id b\u0127al missierha u \u0127utha. Kien impjegat ma kuntrattur li kien bajjad. Kien tliet snin akbar minnha. G\u0127all-bidu kienu jiltaqg\u0127u bil-mo\u0127bi. Imma xorta ma damux wisq biex kien jaf ir-ra\u0127al kollu. Lil \u0127utha kienet qaltilhom hi li kienet tkellem \u0121uvni imma ommha u missierha saru jafu ming\u0127and in-nies. Meta sar jaf missierha qalilha li a\u0127jar jid\u0127ol g\u0127andhom milli jiltaqg\u0127u barra. Ried ida\u0127\u0127lu d-dar g\u0127ax kien jaf li kien \u0121uvni tal-affari tieg\u0127u. Damu ftit g\u0127arajjes mhux \u0127a\u017cin g\u0127ax riedu j\u0121emmg\u0127u xi \u0127a\u0121a qabel ji\u017c\u017cew\u0121u. Kienu jafu li la missier Marija u lanqas missier l-g\u0127arus ma kellhom minn fejn jg\u0127inuhom finanzjarment. Meta mbag\u0127ad raw li kellhom bi\u017c\u017cejjed biex jibdew il-\u0127ajja mi\u017c\u017cew\u0121a, krew post \u017cg\u0127ir fil-Mosta u \u017c\u017cew\u0121u. Ma kellhomx xi tie\u0121 gwapp. Iltaqg\u0127u \u017c-\u017cew\u0121 familji 126 FESTA 2023","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu u ftit qraba tag\u0127hom u kul\u0127add kien kuntent. G\u0127all-honeymoon marru qattg\u0127u \u0127mistax G\u0127awdex. Il-\u0127ajja kienet sabi\u0127a g\u0127al Marija u \u017cew\u0121ha. Il-familji tag\u0127hom kienu fer\u0127anin jaraw lil uliedhom i\u0127obbu \u2019l xulxin u kuntenti flimkien. Kemm fer\u0127u \u017c-\u017cew\u0121 familji meta qalulhom li Marija kienet tqila. Kemm fer\u0127u i\u017cjed meta twieldet it-tarbija. Kienu ilhom jafu li t-tarbija kienet tifel. Meta g\u0127ammduh il-parrini kienu omm Marija u missier Toni. Lit-tarbija semmewha Joseph. X\u2019fer\u0127 \u0121ab Joseph fil-familja. Minn xhur qabel twieldet it-tarbija Marija kienet waqfet mix-xog\u0127ol li kienet tag\u0127mel g\u0127and in-nies. Issa kellha l-jum kollu tie\u0127u \u0127sieb u tgawdi t-tarbija tag\u0127ha. Toni kien ikollu seba\u2019 mitt sena biex jispi\u010b\u010ba mix-xog\u0127ol \u0127alli jmur id-dar u joqg\u0127od igawdija hu wkoll. Joseph beda jikber u b\u0127at-tfal kollha mar l-iskola primarja. L-iskola kien sejjer tajjeb u missieru u ommu kienu bdew jippreparaw biex binhom ikompli l-istudju tieg\u0127u fi skola sekondarja. G\u0127odwa wa\u0127da, Marija tir\u010bievi telefonata li biddlitiha totalment \u0127ajjitha kollha. \u010aemplulha mill-g\u0127assa u qalulha li r-ra\u0121el tag\u0127ha kien waqa\u2019 minn fejn kien ja\u0127dem u qieg\u0127ed l-isptar. \u0126assha kwa\u017ci \u0127a\u017cin. I\u017cjed waqg\u0127et milli ni\u017clet bilqieg\u0127da fuq il-pultruna li kien hemm vi\u010bin it-telefon. \u010aemplet id-dar tal-familja tag\u0127ha. Irrispondiet ommha. Marija qaltilha dak li kien g\u0127adu kemm qalilha l-Ispettur li \u010bemplilha mill-g\u0127assa. F\u2019kemm trodd salib jaslu \u017c-\u017cew\u0121 \u0127utha bil-karozza ta\u2019 wie\u0127ed minnhom. Rikbet mag\u0127hom u f\u2019anqas minn kwarta kienu l-isptar. Laqag\u0127hom sur\u0121ent u qalilhom li Toni g\u0127adu fil-kamra tal-operazzjoni. Meta staqsew x\u2019kien \u0121ara, qalilhom li kien ibajjad tliet sulari g\u0127oli fuq fa\u010b\u010bata ta\u2019 blokk bini u waqa\u2019 g\u0127al isfel. X\u0127in semg\u0127et dan Marija \u0127assha \u0127a\u017cin u waqg\u0127et fl-art. \u017bew\u0121 nurses kienu pronti refg\u0127uha u po\u0121\u0121ewha fuq sodda. X\u0127in \u0121iet f\u2019sensiha ssib tabib \u0127dejha. \u201cFejnu \u017cew\u0121i?\u201d staqsietu nofsha mitlufa. It-tabib ma tkellimx. \u201cMiet?\u201d staqsiet tirtog\u0127od. It-tabib g\u0127amlilha sinjal b\u2019rasu li iva. Marija re\u0121g\u0127et intilfet minn sensiha. X\u0127in stejqret issib ru\u0127ha fis-sodda fid-dar tag\u0127ha. I\u017c-\u017cmien ma jistenna lil \u0127add. Meta t-tifel beda jikber Marija kellha ter\u0121a\u2019 tibda ta\u0127dem fix-xog\u0127ol li kellha qabel. Meta kienet tkun xog\u0127ol, lil Joseph kienet tie\u0127u \u0127siebu ommha, li kienet t\u0127obbu daqs li kieku kien binha. Bi\u017c-\u017cmien re\u0121g\u0127et bdiet tg\u0127ix \u0127ajja normali Mhux g\u0127ax insiet lil \u017cew\u0121ha g\u0127ax baqg\u0127et ta\u0127seb fih u titlob g\u0127alih, u \u010b-\u010burkett li kien taha fit-tie\u0121 qatt ma ne\u0127\u0127ietu min idha. Meta qabel l-im\u0127abba tag\u0127ha kienet maqsuma bejn \u017cew\u0121ha u binha issa m\u0127abbitha kienet kollha g\u0127al binha. Imma l-inkwiet g\u0127al Marija ma waqafx mat-telfa ta\u2019 \u017cew\u0121ha g\u0127ax meta Joseph kellu tnax-il sena beda jitlef id-demm. \u0120abet lit-Tabib tag\u0127hom li meta e\u017caminah qalilha li a\u0127jar je\u0127duh l-isptar g\u0127at-testijiet li jkollu b\u017conn. L-isptar \u017cammewh hemm biex isirulu t-testijiet kollha li hemm b\u017conn. Ir-ri\u017cultat ma damx ma wasal. Joseph kellu kan\u010ber. Tistg\u0127u ta\u0127sbu kif \u0127aditha ommu din it-tieni tra\u0121edja tag\u0127ha. Bkiet fuq li bkiet u talbet fuq li talbet. G\u0127odwa wa\u0127da marret il-knisja u bejn quddiesa u o\u0127ra da\u0127let fis-sagristija u sabet sa\u010berdot li kien qed jipprepara biex jo\u0127ro\u0121 iqaddes. \u201cFather,\u201d qaltlu, \u201cIt-tifel tieg\u0127i qieg\u0127ed l-isptar g\u0127ax g\u0127andu kan\u010ber. \u0126a,\u201d qaltlu u \u0127ar\u0121et \u010burkett minn idha, \u201cdan i\u010b-\u010burkett tat-tie\u0121 li tani \u017cew\u0121i li miet snin ilu. Wara t-tifel dan FESTA 2023 127","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu huwa l-i\u017cjed \u0127a\u0121a li g\u0127andi g\u0127a\u017ci\u017ca u g\u0127al qalbi. \u0126udu Father u po\u0121\u0121ieh f\u2019id il-Madonna biex tfejjaqli lit-tifel.\u201d U tatu \u010b-\u010burkett f\u2019idu. Il-Father, li kien g\u0127adu kif jil\u0127aq baqa\u2019 b\u2019\u0127alqu miftu\u0127 bi\u010b-\u010burkett f\u2019idu. Il-mara \u0127ar\u0121et barra. Dak il-\u0127in da\u0127al fis-sagristija l-Ar\u010bipriet. \u201cX\u2019\u0121ara Kenneth?\u201d staqsa lil Father x\u0127in rah b\u2019dik is-sura u b\u2019\u010burkett f\u2019idu. Father Kenneth spjega kollox lill-Ar\u010bipriet. \u201cIl-mara dik li g\u0127adha kemm \u0127ar\u0121et minn hawn?\u201d staqsa l-Ar\u010bipriet. \u201cHi kollha kemm hi,\u201d wie\u0121bu Father Kenneth. \u201cKemm hi sfortunata miskina Marija!\u201d qallu l-Ar\u010bipriet u ming\u0127ajr ma qag\u0127ad ja\u0127sibha kompla \u201cWara l-quddiesa mur g\u0127andha.\u201d U qallu fejn toqg\u0127od. \u201cu ag\u0127tiha \u010b-\u010burkett lura. G\u0127idilha li xi \u0127add xtara \u010burkett biex ipo\u0121\u0121ih f\u2019id il-Madonna flok tag\u0127ha. Jekk tistaqsik minn hu li xtara \u010b-\u010burkett g\u0127idilha li jixtieq jibqa\u2019 anonimu.\u201d Hekk g\u0127amel Father Kenneth. G\u0127al bidu ma riditx tie\u0127du lura imma l-Father assiguraha li l-Madonna xorta taprezza s-sagrifi\u010b\u010bju li kienet g\u0127amlet. Marija damet jiem twal \u0121ejja u sejra l-isptar. Fl-a\u0127\u0127ar, jum wie\u0127ed, il-Professur asssiguraha li binha kien ser ifieq mill-marda li kellu. Kif spi\u010b\u010ba l-\u0127in tal-vista Marija marret dritt il-knisja, inxte\u0127tet g\u0127arkubtejha quddiem ix-xbiha tal-Madonna, li kienet il-patruna tar-ra\u0127al tag\u0127ha, u bid-dmug\u0127 f\u2019g\u0127ajnejha rringrazzjatha tal-miraklu li kienet g\u0127amlet ma\u2019 binha. 8\/04\/2023 CONVERT\t \u00a0YOUR\t \u00a0CAR\t \u00a0TO\t \u00a0AUTOGAS\t \u00a0AND\t \u00a0SAVE!!!!!!!\t \u00a0 TOYOTA YARIS 996cc 2006 TOYOTA RAV4 1998cc 2003 FIGURES\t \u00a0BASED\t \u00a0ON\t \u00a0FACTUAL\t \u00a0TESTS\t \u00a0IN\t \u00a0MALTA\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0FIGURES\t \u00a0BASED\t \u00a0ON\t \u00a0FACTUAL\t \u00a0TESTS\t \u00a0IN\t \u00a0MALTA\t \u00a0 \t \u00a0 \t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0www.acheckgarage.com\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0 \t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0www.autogas.com.mt\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0 \t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0\t \u00a0www.towbarshop.com\t \u00a0 128 FESTA 2023","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu Mary Grace Bellia In\u0127obbuk Ommna Marija \u2013 \u0126ajjitna lkoll hija f\u2019idejk Sewwasew f\u2019nofs is-sajf Malti, Inti f\u2019qalbna s-sena kollha, Sajf sbi\u0127 u ta\u2019 tgawdija, Inkellmuk f\u2019kull waqt,f\u2019kull \u0127in, Lilek insellmu \u0121ewwa l-Mosta, G\u0127ax kif nistg\u0127u nwarrbu Lilek, Omm \u0120es\u00f9 u Ommna Marija. Omm int t\u2019Alla u tal-bnedmin? Ir-Rotunda m\u017cejna sewwa, Damask, linef u x\u2019naf jien, Fit-toroq dawl u bandalori, Baned, nar u fer\u0127 ma\u2019 kullimkien. Kieku nistg\u0127u ng\u0127ajtu g\u0127ajta, Li tasallek \u017cgur sa \u0127dejk, Tkun: In\u0127obbuk, Ommna Marija, \u0126ajjitna lkoll hija f\u2019idejk. Nafdawlek kulma hu g\u0127a\u017ci\u017c g\u0127alina, Lilna nfusna, lil uliedna, Int tmexxina, tie\u0127u \u0127siebna, G\u0127ax \u0120es\u00f9 b\u2019uliedek riedna. In\u0127obbuk, Grazzi Marija Ave Marija 26\/05\/23 7745 4447 FESTA 2023 129","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu Loretu J. Dalli L-G\u0127arixa ta\u2019 Santa Marija Fis-s\u0127ana, tbiq u telqa t\u2019Awwissu il-bidu kiefer ta\u2019 dan it-tmien xahar b\u2019\u0127ajbura, \u0127afifa f\u2019sema sajfija ifakkarna ta\u2019 Santa Marija x-xahar, l-g\u0127arixa msej\u0127a l-mant fis-smewwiet li tg\u0127atti l-g\u0127elieqi u ttina l-mistrie\u0127 ta\u2019 missirijietna Assunta int kont it-tamiet fi qlubhom tajthom dak il-fara\u0121 me\u0127tie\u0121. Fl-g\u0127axwa t\u2019Awwissu tat-tnejn u erbg\u0127in l-g\u0127adu gerfixtu u \u0121ibtu fix-xejn tajthom jieklu u sa\u0127\u0127a\u0127thom daqsxejn ta\u2019 Malta patruna, \u2019l uliedek \u0127abbejt U meta niftakar fl-omm tas-smewwiet tal-Assunta l-fjamma f\u2019qalbi li bdiet fi tfuliti, \u017cg\u0127o\u017citi jien lilek \u0127addant bit-tama, Re\u0121ina wassalni sat-tarf. U meta l-ir\u0127ula s-sebg\u0127a kollha flimkien, jerfg\u0127u \u0127arsithom, iqimuk u jtuk \u0121ie\u0127, fir-Rotunda, il-maqdes mag\u0127ruf kullimkien, jixg\u0127el il-fara\u0121, il-fer\u0127 u joktor is-sliem. Mill-g\u0127olja sema itfa\u2019 \u0127arstek O Marija, inti omm tag\u0127na lkoll Mostin fik it-tama, li l-mant tieg\u0127ek jg\u0127attina tul dan ix-xahar, jiem s\u0127an sajfin. Missirijietna g\u0127a\u017cluk b\u0127al omm patruna fis-snin \u0127amsin g\u0127arfek kul\u0127add it-tlug\u0127 tieg\u0127ek a\u0127na g\u0127arafna u b\u2019\u0121ie\u0127 qaddis\u2026inkurunawk. 130 FESTA 2023","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu Loretu J. Dalli Bikja fil-Pater Noster Instemg\u0127et qanpeina fil-g\u0127odwa sajfija wara s-satra tal-lejl, \u0127iemed u frisk fil-witat, widien u g\u0127oljiet bi mrie\u017caq mimlija fejn wara r-raqda tal-lejl, se tibda l-\u0127ajja Mostija Fuq raba\u2019 \u0127amri, bil-\u0127arruba u t-tina \u0127addara fix-xag\u0127ri, is-sag\u0127tar u l-plejju ta\u2019 Santa Margerita il-fenek \u0121era fuq \u0127oxlief imxarrab bin-nida meta jissemmg\u0127uk t-tokki ta\u2019 Marija l-Mostija. F\u2019Wied il-G\u0127asel u \u0127dejn il-kappella mistrie\u0127a it-tajra ni\u017clet g\u0127all-ilma u bejn is-summar tgezzet issa s-sema minn sewda g\u0127all-ewwel imrie\u017caq mibdija b\u2019tokki minn kampnar isemmg\u0127u l-paternoster fuq medda Mostija Ir-raba\u2019 xag\u0127ri ta\u2019 wesg\u0127a Mostija issa mitlufa f\u2019bini ta\u2019 Santa Margerita l-wita iss amiksija fuq il-wied issa m\u2019g\u0127adhiex issaltan it-tajra tal-passa ir-raba\u2019 bil-\u0127amrija, bil-bini \u0121iet mg\u0127ottija I\u017cda lanqas it-tokki, g\u0127ajr in-nida li g\u0127adha ssaltan fil-\u0127emda fil-wesg\u0127at u widien ta\u2019 medda issa binja Mostija bi dmug\u0127 f\u2019g\u0127ajnejja nitlob li l-qanpiena ssemmg\u0127ani fil-widien u l-irdumijiet ver\u0121ni lilna m\u0127ollija. 21st September Avenue, Naxxar Tel\/Fax: 21410665 FESTA 2023 131","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu Vanni Sant Lil Ommna Marija Im\u0127abbitna, lejk Marija, G\u0127ax nafu li m\u2019ng\u0127ajrek \u0127atja, f\u2019\u0127o\u0121or ommna tnisslet fina, tal-\u0127a\u017cen ni\u0121\u0121isna t-tajn \u2019ma bl-ebda innu ta\u2019 fo\u0127rija i\u017cda int xejjint l-g\u0127edewwa, se npattu l\u2019g\u0127amilt g\u0127alina, sfajt tal-barkiet t\u2019Alla l-g\u0127ajn. Ftit tassew x\u2019noffrulek g\u0127adna Minnek biss tal-fer\u0127 il-fwie\u0127a, \u0127lief ing\u0127annu d-doni tieg\u0127ek Inti xmara bil-\u0121id tfur, g\u0127ax bis-seb\u0127 u l-glorja mlibbsa Inti t-Torri sod tal-knisja, imsej\u0127in nifir\u0127u mieg\u0127ek. Int tas-Saltna qawwi s-sur. Sliem g\u0127alik, ja Omm Qaddisa, Sliem g\u0127alik, ja Omm Qaddisa, Minn kull deni fis e\u0127lisna, minn deni fli e\u0127lisna, minn \u0127sara fli \u0121ej ifdina minn \u0127sara fli \u0121ej ifdina. Hallelujah, Halleluljah Halleluljah, Halleluljah! Eva l-\u0121dida, Kewkba Dawl Int Mudell tal-Ver\u0121ni safja,, Tabernaklu, Tempju \u0127aj, kenn wa\u0127dani tal-erwie\u0127, Il-muftieh ta\u2019 Kristu S-Saltna; g\u0127and Ibnek Kristu twassalna Int l-Omm tal-\u0126aruf, Tar-Rg\u0127aj. fiH ru\u0127na ssib il-mistrie\u0127. Bik pont bejn sema u art Hekk li tkun l-a\u0127\u0127ar sej\u0127itna tg\u0127aqqadna mal-Mulej Sidna; lileK Avukata tag\u0127na im\u0121eddin fil-grazzja tieg\u0127U li, g\u0127ax Ommna, bla tarf t\u0127obbna, Kif tixtieqna u kif tridna. bla dewmien tfittex tismag\u0127na Sliem g\u0127alik,ja Omm Qaddisa 06.09.09 minn kull deni fis e\u0127lisna, minn \u0127sara fli \u0121ej e\u0127lisna Hallelujah, Hallelujah. 132 FESTA 2023","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu FESTA 2023 133","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu Kav. Carmel Bianchi KGO Id-Dormizju ta\u2019 Marija Meta wasal biex Marija Kif da\u0127let mill-bieb tal-\u0121enna tmur \u0127dejn dak Binha Divin l-an\u0121li lkoll bdew ikantaw g\u0127ax wettqitha l-mixja tag\u0127ha innijiet biex lilha jfa\u0127\u0127ru t\u0127alli d-dinja u l-bnedmin w lejn Marija lkoll skantaw. G\u0127amlet raqda wisq qaddisa Kemm mal-an\u0121li u l-arkan\u0121li l-appostli mag\u0127ha mdawrin ng\u0127aqdu wkoll il-qaddisin lejn il-qabar dawn \u0127aduha f\u2019festa kbira lil Marija ilkoll kienu imnikktin. f\u2019g\u0127aqda wa\u0127da mag\u0127qudin. G\u0127add ta\u2019 ward madwar il-qabar Wisq g\u0127annqitu \u2019l \u0120es\u00f9 Binha kien hemm ri\u0127a kbira tfu\u0127 ma riditx titlaq minn \u0127dejh l-appostli skantati lejha \u0127akmet idu u bdiet tbusu \u0121isem Marija merfug\u0127. waqt li t\u0127ares lejn g\u0127ajnejh. Qtajjet t\u2019an\u0121li \u0121ew mill-\u0121enna U mit-tron g\u0127ax hi re\u0121ina biex jie\u0127du lil Marija il-\u0127anina Marija f\u2019post spe\u010bjali m\u0127ejji lilha g\u0127andna l-aqwa avukata hemm hena u tgawdija. g\u0127al bniedem garanzija. Kant sabi\u0127 kantaw dawk l-an\u0121li Mbag\u0127ad it-Trinit\u00e0 Qaddisa fi triqtha lejn il-\u0121enna Nkurunaw lil Marija b\u2019dik ir-ru\u0127 u l-\u0121isem tag\u0127ha b\u2019re\u0121ina tal-art u s-sema biex toqg\u0127od hemm tithenna. g\u0127al dejjem fit-tgawdija. L-appostli bil-palm f\u2019idejhom Xerqitilha il-kuruna bdew ixejru imsa\u0127\u0127rin sultana wisq setg\u0127ana b\u2019\u0127arsithom \u2019il fuq lejn Marija m\u2019hemmx re\u0121ina o\u0127ra b\u0127alha ilkoll baqg\u0127u mistag\u0127\u0121bin. li tisboqha f\u2019dik l-g\u0127ana. Kristu tant \u0127abbha lil Ommu Doqqu qniepen g\u0127alenija ried jibqa\u2019 mag\u0127qud mag\u0127ha bil-fer\u0127 xandru din l-a\u0127bar b\u0127alu bir-ru\u0127 u bil-\u0121isem li l-Assunta qieg\u0127da l-\u0121enna fer\u0127an kien lest jilqag\u0127ha. kull \u0127in tqassam grazzji kbar. 134 FESTA 2023 \u2022 tkompli f\u2019pa\u0121na 135","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu Noel Fabri Lacrima Qaluli li bkejt Marija biki tad-demm, kif darba beka Ibnek mifni fil-hemm. U fil-waqt li l-bnedmin jitqatlu fil-qerda, fis-semm, int tibqa\u2019 tibki Marija, forsi xi darba nin\u0127elsu mis-sa\u0127ta u l-apatija! \u2022 tkompli minn pa\u0121na 134 Stenba\u0127 bniedem, stenba\u0127 la ddumx tiqafx tag\u0127ti fo\u0127rija din il-mara singulari li b\u2019kull grazzja mog\u0127nija. Nifir\u0127u bnedmin nifir\u0127u minn ta\u2019 kull razza u \u0121ens g\u0127ax b\u2019Marija is-sultana \u017cgur g\u0127alina l-aqwa wens. Minn fejn int qieg\u0127da fis-sema, kemm il-sekli s\u0127a\u0127 g\u0127addew kemm parro\u010b\u010bi g\u0127andna f\u2019\u0121ie\u0127ek g\u0127ax bi m\u0127abbtek dawn stag\u0127new. X\u2019ma jifra\u0127x il-poplu t\u2019Alla bil-kant tal-litur\u0121ija glorja jag\u0127ti lil Omm Sidna s-sbej\u0127a Santa Marija. Qormi FESTA 2023 135","So\u010bjet\u00e0 Piroteknika 15 ta\u2019 Awwissu Min irreklama f\u2019din il-pubblikazzjoni A Check Fajsu Co Ltd.................... 129 Miriam Dalli...................... 39 Garage Mosta............... 128 Golden Chopstix................ 86 Mosta Bacon...................... 37 Hair by Lucille................. 117 Mosta Bar.......................... 32 Aiken Zerafa...................... 15 Halmann Vella................... 11 Nectar................................ 87 Alencia............................... 30 Hector\u2019s Hardware & Pawlu Vassallo Building Alex Muscat....................... 58 Anthony Agius Decelis...... 44 Ironmongery................... 16 Construction..................... 8 Anthony Pirotta................. 40 Hermia PD Gates............................ 59 Apollo Tyres.................... 131 Pia Bonnici........................ 38 B4 Group........................... 10 Motoring School............. 25 Pizz\u2026\u00e9.............................. 59 Ballut Blocks..................... 18 IML Electrical Rachel Abela...................... 58 Bar Ka\u017cin Rebekah Borg.................... 35 Supplies Ltd................... 36 Re\u0121jun Tramuntana............. 7 15 ta\u2019 Awwissu.................. 6 Isuzu Parts......................... 52 Romilda B. Zarb................ 38 Bar Ka\u017cin Ivan Bartolo....................... 28 Rotunda Ivan Bonnici Nicol\u00f2 Isouard................ 10 Department Stores.......... 12 Bar Mosta Bo\u010b\u010bi Club....... 42 (Tal-Liedna).................... 98 Sammut Bathroom Design............... 94 J. Micallef Best & Less...................... 102 Concrete Supplies........... 91 Best Print Co. Ltd.............. 62 Service Stations................ 3 Silverstar.......................... 100 Bezzina France Drainage J. Vella Stone Works.......... 36 Sound Smart...................... 95 Joe Falzon Funerals........... 90 Sphinx.............................. 117 Works............................. 87 John\u2019s Diesel Service......... 32 Sports Experience.............. 93 Bob Take Away................ 117 John\u2019s Garage.................... 25 Ta\u2019 Karla Cellars................ 95 Bolero................................ 21 Joseph Gatt........................ 63 The Petshop....................... 34 C & S Vella........................ 34 Josie Silencers................... 16 Toy Magic............ inside back Car Wash by Hand............. 93 JV Service Station........... 112 Transmec Cauchi\u2019s............................. 94 Kentish Fried Chicken....... 86 Cefai Formal Wear............. 52 Kunsill Lokali Services Ltd.................back Cellefonic.......................... 35 Transport Service Charles Auto Mechanic..... 66 Mosta.......... inside front, 19 Choc au lait........................ 15 L&M and Skip Hire.................. 43 Chris Grech........................ 22 UniJob................................ 98 Chris Sant Aluminium Works.......... 49 Vassallo Business Park...... 48 Laguna Seca Vassallo Group................... 14 (Tal-Wardija).................. 80 Vella City Bar............................. 98 Petrol Station.................. 40 Cyrus Engerer.................... 82 Luciano Baldacchino Mechanical Services....... 93 Daniel Muscat.................... 40 Victory Butcher................... 6 Eman Camilleri.................... 2 Turnkey Contractor........ 28 Welbees.............................. 83 Enchant\u00e9............................ 59 Magri Cycles..................... 12 Zammit Antiques................. 8 F.W.D. Off Road Garage... 32 Mark\u2019s Garage................... 21 Zikkin Garage.................... 40 Martin Gauci...................... 96 Melecin Water Supplies... 117 Mellows........................... 110 Metro Tyres........................ 32 136 FESTA 2023","a different kind of toy shop! a diffteoyrmeagnic.tcomk.mit nd of toFoyrshaollp! A unique toy shop in PAVI Qormi, with hundreds of different toys, games and gifts, ideal for kids of all ages! toymagic.com.mt FREE Delivery On Orders Over \u20ac40 Join & Save! New exclusive monthly offers every month. Join for an instant 10% off. T&Cs Apply toymagic.com.mt\/pages\/loyalty",""]
Search
Read the Text Version
- 1
- 2
- 3
- 4
- 5
- 6
- 7
- 8
- 9
- 10
- 11
- 12
- 13
- 14
- 15
- 16
- 17
- 18
- 19
- 20
- 21
- 22
- 23
- 24
- 25
- 26
- 27
- 28
- 29
- 30
- 31
- 32
- 33
- 34
- 35
- 36
- 37
- 38
- 39
- 40
- 41
- 42
- 43
- 44
- 45
- 46
- 47
- 48
- 49
- 50
- 51
- 52
- 53
- 54
- 55
- 56
- 57
- 58
- 59
- 60
- 61
- 62
- 63
- 64
- 65
- 66
- 67
- 68
- 69
- 70
- 71
- 72
- 73
- 74
- 75
- 76
- 77
- 78
- 79
- 80
- 81
- 82
- 83
- 84
- 85
- 86
- 87
- 88
- 89
- 90
- 91
- 92
- 93
- 94
- 95
- 96
- 97
- 98
- 99
- 100
- 101
- 102
- 103
- 104
- 105
- 106
- 107
- 108
- 109
- 110
- 111
- 112
- 113
- 114
- 115
- 116
- 117
- 118
- 119
- 120
- 121
- 122
- 123
- 124
- 125
- 126
- 127
- 128
- 129
- 130
- 131
- 132
- 133
- 134
- 135
- 136
- 137
- 138
- 139
- 140