Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu Werrej Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu Editorjal......................................................................... 4 Struttura Amministrattiva 2023..................................... 9 Mosta Kumitat Ċentrali 2023................................................... 9 “Każin 15 ta’ Awwissu” Il-Kelma tal-President................................................. 13 186, Triq il-Kbira, Mosta MST1011 Kelma tal-Arċipriet...................................................... 17 Messaġġ mis-Sindku................................................... 20 Editur: Perit Lawrence Gatt Mill-pinna tas-Segretarju............................................. 24 Appell mill-Assistent Teżorier..................................... 29 Proof Reading: Ħsieb tad-Direttur Spiritwali....................................... 33 Jimmy Bonnici Messaġġ mid-Direttur tal-Każin.................................. 37 Jacqueline Farrugia Mill-Kummissjoni Żgħażagħ....................................... 41 Christina MarieVella Kummissjoni Żgħażagħ............................................... 42 Rudy Cuschieri Mill-Kummissjoni Nisa............................................... 45 Programm tal-Logħob tan-nar..................................... 46 Ritratti ta’ Ġewwa: Direttur tal-Kumpless tan-Nar..................................... 49 Victor B. Caruana, Keith Buhagiar, Mid-Direttur tal-Maħżen............................................. 53 Fondi Kmamar tan-Nar................................................ 56 George Borg, Louis Vassallo, Insiru nafu aħjar lis-Sur George Grima (Is-Swejda)... 57 Mark Micallef Perconte, Raymond Cauchi, Djarju tas-Soċjetà 2022/23.......................................... 67 Joe Sammut, Mario Delia, Eng. Albert Bonnett, 75 Sena mir-Rinovazzjoni Andre De Martino, Johann Spiteri, Joe Vella, Joseph Galea, Joseph Spiteri, Alex Bartolo, tal-Istatwa ta’ Santa Marija...................................... 77 Ġorġ Mifsud, Ansel Briffa, Maria Pia Bonnici, Kappelli fil-Mosta ddedikati lil Madonna................... 81 David Debono, Leli Camilleri, Naomi Camilleri, Sultana Mtellgħa s-Sema............................................. 96 Bertie Decelis, Mario Calleja u Arkivji tas-Soċjetà Similaritajiet................................................................ 97 Il-Madonna Omm il-Maltin......................................... 99 Steve Zammit Lupi, Jean Pierre Pirotta Ħlomt Ħolma............................................................. 101 Il-Kapuċċini tal-Furjana u l-Laqta Mostija................ 103 Ġbir ta’ Reklami: Raħal Kwiet............................................................... 110 Kordinatur: Johann Spiteri, Mario Vella, Dati Importanti fl-Istorja tal-Parroċċa tal-Mosta....... 111 Alexander Bartolo, Ryan Fenech, Rudy Cuschieri, Meta l-arti tkun magħġuna fik................................... 113 Kevin Cutajar, Lydon Camilleri, Nathan Vella, Obelisk fi Pjazza Rotunda......................................... 122 Felicia Borg, Maria Pia Bonnici, Kean Calleja Iċ-Ċurkett tat-Tieġ..................................................... 126 Inħobbuk Ommna Marija – Issettjat u Stampat: Best Print Co. Ltd., Qrendi Ħajjitna lkoll hija f’idejk....................................... 129 Tel: 2168 0789, 9949 9084 L-Għarixa ta’ Santa Marija........................................ 130 [email protected] Bikja fil-Pater Noster................................................. 131 Lil Ommna Marija..................................................... 132 Il-Bord Editorjali L-Assunta meqjuma fil-Mosta................................... 133 jirringrazzja kemm lil Id-Dormizju ta’ Marija............................................... 134 dawk kollha li g˙o©obhom Lacrima...................................................................... 135 jirreklamaw f’dan Min irreklama f’din il-pubblikazzjoni....................... 136 l-annwal, kif ukoll lill- artikolisti. L-artikli li jidhru f’dan il-ktieb ma jirriflettux bilfors l-opinjoni tal-Bord. Il-Faċċata: L-Istatwa Titulari ta’ Santa Marija. Ritratt provdut minn Mark Micallef Perconte u disinn tal-faċċata u diversi paġni oħra huma xogħol il-membru attiv Alexander Bartolo. FESTA 2023 1
Eman Camilleri E-mail: [email protected] Mob: 9946 2513
Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu Lawrence Gatt Editorjal Għal dawk il-membri tas-Soċjetà li ma attendewx għal-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ din is-sena, flimkien mal-Mostin dilettanti tan-nar u dawk mhumiex, ta’ min juri l-ħidma tax-xogħol li sar mill-Kumitat u minn volontiera oħra bla ħlas matul is-sena kollha. Għax għalkemm l-iskop tal-Għaqda huwa n-nar, matul is-sena jsir ħafna xogħol ieħor li ma jidhirx. Ix-xogħol ma jsirx mill-Kumitat Ċentrali biss imma jsir ukoll mill-Kummissjonijiet fi ħdan is-Soċjetà. Il-Kummissjoni Żgħażagħ, Nisa, Attivitajiet u dik tal-Pubblikazzjoni tal-Annwal, huma mmexxija minn kumitati separati u lkoll jaħdmu taħt id-direzzjoni tal- Kumitat Ċentrali. Anke l-Kumitat li jmexxi l-Kamra tan-Nar jaħdem taħt id-direzzjoni tal- Kumitat Ċentrali. Għalkemm il-membri naqsu xi ftit xorta x-xogħol li sar kemm fil-Każin, fil-Kumpless tan-Nar u fil-maħżen, ma kienx anqas mis-snin ta’ qabel. Is-Soċjetà ma tinsiex lil dawk il-membri li jkunu ħallewna matul is-sena. Barra li tieħu ħsieb li jagħtu l-kondoljanzi lill-familjari li jħallu warajhom, jiċċelebraw quddiesa għall- erwieħ tagħhom fis-sala tal-Każin stess. L-attivitajiet ma naqsux u l-attendenzi tagħhom kienu inkoraġġanti. Biżżejjed wieħed isemmi li l-erba’ ikliet li ġew organizzati mill-Kumitat Attivitajiet attendew għalihom madwar elf ruħ. L-attivitajiet l-oħra kienu suċċess. Bħalma diġà għedna l-iskop tal-Għaqda huwa l-Piroteknika. Isir in-nar mhux biss għall- Festa ta’ Santa Marija fil-Mosta, imma biex tipparteċipa wkoll fil-festivals li ġew organizzati mill-Malta International Fireworks din is-sena fil-Mellieħa u fuq il-fosos tal-Furjana. Nifirħu lis-Sur Jimmy Camilleri u lil Fr. David Muscat li din is-sena għaddew mill-eżami biex akkwistaw il-Liċenzja A. L-għola liċenzja li tista’ takkwista għax-xogħol tan-nar. Waqt li x-xogħol fuq il-manteniment tal-Kamra ma qatax matul is-sena u meta kien hemm ħafna xogħol tan-nar lest ġara dak li qatt ma konna noħolmu li jerġa jiġri. Is-Sibt 4 ta’ Ġunju tas-sena l-oħra, kważi fit-tlieta ta’ wara nofsinhar seħħet splużjoni fejn ix-xogħol li kien lest ħa kollu u l-kamra reġgħet sofriet ħsarat kbar. Kien b’miraklu li l-ħdax-il persuna li kienu fil-kamra fil-ħin tal-isplużjoni ħadd minnhom ma tilef ħajtu. Imma tliet membri kellhom jittieħdu l-isptar. Dawn kienu s-Sinjuri Nicholas Magro, Salvu Galea u Alexander Bartolo li ħadd minnhom ma kien fil-periklu tal-mewt. Wara ftit jiem fl-isptar irritornaw ilkoll lejn djarhom. Bilkemm laħqet intemmet l-Inkjesta tal-Maġistrat li ma bediex ix-xogħol biex jitnaddaf kullimkien u jinbnew il-kmamar li waqgħu fl-isplużjoni. Dan kollu bix-xogħol tal-membri voluntieri, u materjal minn volontieri kollox reġa’ kien lest u l-kamra setgħet terġa’ tibda tiġi użatha. 4 FESTA 2023
Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu Kien hemm il-biża’ li ma nlestux in-nar kollu biex inwettqu x-xogħol tagħna għall-festa. Però, żgur li bl-interċessjoni ta’ Santa Marija, irnexxielna nagħmlu programm sabiħ kemm tal-ajru kif ukoll tal-art. Billi wara li saret it-tindifa tal-post u sar xogħol ieħor li kellu jsir, il-Kamra kienet ingħatat permess proviżorju, meta għaddiet il-festa intefa kulħadd għax-xogħol biex inġibu l-Kamra kif kienet qabel l-inċident biex nerġgħu nakkwistaw il-permess permanenti. Wara l-inċident il-membri kellhom iduru l-Mosta kollha bl-envelopp tas-soltu. Għamluha b’nofs qalb imma l-Mostin kienu ġenerużi bħas-soltu. Issa, permezz tal-maħżen li bnejna ftit tas-snin ilu ċertu xogħol flok fil-Kamra beda isir fil-maħżen. Hekk apparti li solvejna l-problema ta’ spazju ċertu ħaddiema frankaw li joqgħodu joħorġu barra mill-Mosta. Nagħlaq billi nħabbar li din is-sena 2023 ser inkunu qed niċċelebraw żewġ Anniversarji: 40 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà u 20 sena mit-twaqqif tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Ix- xogħol taċ-ċelebrazzjoni ta’dawn iż-żewġ anniversarji diġà beda u partijiet minnu ġie mħabbar fir-rapport Amministrattiv li nqara waqt il-laqgħa Annwali li saret fis-27 ta’ Marzu ta’ din is-sena. Aktar ’il quddiem jitħabbar il-programm kollu. Jalla ssir il-festa u jingħata n-nar kollu mingħajr inċidenti, għall-glorja tal-Madonna mtella’ s-sema. Il-Festa t-Tajba lil kul˙add! Kummissjoni Pubblikazzjoni 2023 Chairperson: Mario Farrugia Editur: Perit Lawrence Gatt Membri: Johann Spiteri, Vincent Dimech, Alexander Bartolo, Kevin Cutajar u Rudy Cuschieri WBSleuopsoeadrvDHeoelnrivooeersss!.a..re FREE TRANSPORT AVAILABLE TO & FROM BLOOD DONATION CENTRE BY BOLT FESTA 2023 5
Il-Każin 15 ta’ Awwissu, Mosta Fejn issibu atmosfera ta’ ħbiberija u ambjent familjari, kif ukoll kull xorta ta’ snacks, xorb ġenwin u appetizers Mob: 9974 4129
Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu 8 FESTA 2023
Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu Struttura Amministrattiva 2023 Presidenti Onorarji Emeriti: Vassallo Nazzareno, il-Perit Gatt Lawrence, Farrugia Mario, Galea Salvu u Camilleri Emmanuel Membri Onorarji Emeriti: Camilleri John Mary, Vassallo Dennis, Grima George, Bonavia John, Bonavia Tony, Camilleri Karmnu u Chetcuti Joe. Presidenti Onorarji Annwali: Wisq Rev. Fr Sebastjan Caruana (Arċipriet), Perit Chris Grech (Sindku), Cardwell Robert, il-Perit Ludovigo Micallef, Dr. Michael Falzon u Camilleri Joe. Membri Onorarji Annwali: Dr Angelo Farrugia, Onor. Romilda B. Zarb, Onor. Ivan Bartolo, Onor. David Agius, Onor. Alex Muscat, Anthony Agius Decelis, Edwin Vassallo, Vassallo Louis, Bonavia Raymond, Sylvia Micallef (Soċjetà Filarmonika Nicolò Isouard), Perit Chris Grech (Soċjetà Filarmonika Santa Marija), Joe Bartolo (Għaqda Filantropika Talent Mosti), Ġorġ Galea (Mosta F.C.), Grima John, Gauci Emmanuel, Gauci Raymond, Deguara Savio, Magro Leonard, Galea Carmel, Bezzina Paul, Borg Paul, Camilleri John Mary, Vella Duminku, Philip J. Attard u Paul Vella, Alexander Bartolo, Keith Cassar, Jason Micallef, Daniel Vella, Joe Chetcuti. Kumitat Ċentrali 2023 Direttur tal-Kumpless tan-Nar Charlie Catania President Kevin Cutajar Viċi President Charlie Catania Segretarju Teżorier Maria Pia Bonnici Jimmy Camilleri Ass. Segretarji Ass. Teżoriera Rudy Cuschieri, Alexander Bartolo Nathan Vella, Luke Borg Direttur tal-Każin Ass. Direttur tal-Każin Charlie Sammut Dennis Caruana, Kevin Cutajar Direttur tal-Maħżen PRO Alexander Bartolo Owen Laus Chairperson Chairperson Kummissjoni Nisa Kummissjoni Żgħażagħ Felicia Borg Ryan Fenech Chairperson Pubblikazzjoni Annwali Mario Farrugia Konsulent Legali Awditur Dr Mario Mifsud Dr. Ivan Grixti Reviżuri Frans Deguara Johann Spiteri FESTA 2023 9
Bar Każin Nicolò Isouard Fejn issib atmosfera ta’ ħbiberija u ambjent familjari, kif ukoll kull xorta ta’ snacks, xorb ġenwin u appetizers. live football / sports mob: 7788 0735 7747 1010 7981 4264 Il-Festa t-Tajba! Blinds made to measure
Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu Triq Ġeronimo Abos, Iklin, IKL1020 +356 2741 4399 [email protected] • www.magricycles.com 12 FESTA 2023
Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu Kevin Cutajar Il-Kelma tal-President Qed niċċelebraw żewġ anniversarji importanti! Erġajna qegħdin noqorbu lejn festa oħra ad unur il-Patruna tagħna Santa Marija. Għalina l-membri tal-Kumitat Ċentrali u tal-fergħat kollha fi ħdan din is-Soċjetà s-sena tgħaddi bħal leħħa ta’ berqa. Dan minħabba li matulha nkunu impenjati bix-xogħol li jrid isir fl-ippjanar tal-festa, fil-programm tan-nar, proġetti ġodda, kif ukoll fil-ġbir ta’ fondi permezz ta’ numru ta’ attivitajiet matul is-sena. Għalina li mmexxu s-Soċjetà, dan l-impenn iġibilna sfidi kbar, forsi kultant anke diffikultajiet, iżda meta naraw il-frott tal-ħidma tagħna, is-sodisfazzjon ikun kbir wisq. Jien kburi ħafna li flimkien ma’ sħabi mmexxu din is-Soċjetà li sa mit-twaqqif tagħha mill-1983 dejjem kibret u kisbet suċċessi kbar fil-komunità Mostija. Jien kburi wkoll bit-tim ta’ volontieri, żgħar u kbar, li jaħdmu qatigħ matul is-sena. Kburi wkoll bil-fatt li ħafna Mostin li mhumiex membri fil-Kumitat jew fil-fergħat jagħtuna l-għajnuna tagħhom kif jistgħu, min b’mod u min b’ieħor. Għaldaqstant inħossni fid-dmir li nirringrazzja lil KULĦADD. Nixtieq infakkar lil kull wieħed u waħda minnkom li l-festa tirrikjedi ħafna spejjeż. ll-Kumitat Ċentrali flimkien mal-Fergħat tas-Soċjetà jorganizzaw bosta attivitajiet matul is-sena li l-għan tagħhom, apparti l-aspett soċjali, ikun li jinġabru fondi għall-festa. Għaldaqstant inħeġġiġkom, biex bħalma dejjem għamiltu, tkunu ġenerużi fl-għoti tad- donazzjonijiet tagħkom, kemm fil-ġbir tal-envelops li jsir bieb bieb, kif ukoll fi ġbir ieħor li jsir minn membri tal-Fergħat fi ħdan s-Soċjetà. Kif persważ li tafu, l-2023 hija sena li għalina tas-Soċjetà Piroteknika 15 ta’Awwissu hija sena importanti għal fatt li qegħdin niċċelebraw żewġ anniversarji importanti dak tal-40 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà u 20 sena mit-twaqqif tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Għal dan il-għan il-Kumitat Ċentrali wara l-festa li għaddiet tal-2022, beda jaħdem minnufih anka jekk kien żmien diffiċli wara dak li għaddejna minnu! ll-kuraġġ u d-determinazzjoni fost il-membri ma waqfet qatt, illum b’wiċċna minn quddiem għandna għaliex niftaħru li għamilna dak kollu possibbli biex dawn iż-żewġ anniversarji importanti għalina se niċċelebrawhom kif inhu xieraq. Fil-Laqgħa Ġenerali Annwali ħabbarna numru ta’ proġetti, fost oħrajn il-Mosta Music Festival xi ħaġa ġdida għas-Soċjetà tagħna. Tajna rendikont ta’ dak kollu li seħħ matul is-sena, kemm ħidma amministrattiva u dik soċjali. Hawn irrid nieħu l-okkażjoni u nirringrazzja lil dawk il-membri fi ħdan il- kumitat li għal xi raġuni jew oħra ma setgħux ikomplu bil-karigi rispettivi tagħhom, filwaqt li nawgura lil dawk li ngħataw karigi ġodda biex flimkien ikomplu fejn ħallew ta’ qabilhom. Fl-aħħar nett nixtieq nagħlaq il-messaġġ tiegħi billi nistedinkom sabiex tipparteċipaw fil- festa, kemm fil-funzjonijiet liturġiċi ġewwa l-Knisja, kif ukoll f’dak li huma attivitajiet imtellgħa mis-Soċjetà tagħna li ħdimna flimkien biex iċ-ċelebrazzjonijiet nagħmluhom b’mod dinjituż u nkunu ta’ eżempju għal festi oħra, kif dejjem konna. Nawgura lilkom u lill-familji tagħkom il-festa t-tajba. Viva Santa Marija Patruna tal- Mostin. FESTA 2023 13
TRADITION. INNOVATION. DIVERSITY. With a heritage spanning over seven decades, Vassallo Group is one of Malta’s most well established and successful companies, with a staff complement of over 1,900 and investments in a large variety of key macro sectors mainly in: | CONSTRUCTION | CARE | CATERING | PROPERTY MANAGEMENT | HOSPITALITY | BESPOKE FURNITURE | ENERGY | EDUCATION www.vassallogroupmalta.com | Vassallo Group Malta
Kumitat 2023 Bilqiegħda mix-xellug: Luke Borg, Maria Pia Bonnici, Kevin Cutajar, John Mary Camilleri u Charlie Catania Bilwieqfa mix-xellug: Owen Laus, Dennis Caruana, Nathan Vella, Alexander Bartolo, Rudy Cuschieri, Ryan Fenech, Felicia Borg u Charlie Sammut.
Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu HECTOR’S HARDWARE & IRONMONGERY Bartoline Paint Mixing 10,000 Colours Available Hardware, Household and Tool Hire Triq il-Midba˙, Santa Margerita – Mosta Tel: 21 416435 • Mob: 9940 3402 We have moved to new location Josie Silencers Sole Agent & Distributor Triq in-Naqqax, Mosta ECU Tuning and Tel: (356) 21 434910 Remapping Mob: 9947 0323 Email: [email protected] All kinds of Silencers Competitive Prices Stainless Steel Systems Available 16 FESTA 2023
Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu Dun Sebastjan Caruana Kelma tal-Arċipriet Napprezzaw il-ħidmiet ta’ xulxin Bil-għajnuna ta’ Alla wasalna għall-festa, li b’ħeġġa u mħabba kbira, nagħmlu kull sena lil Ommna Marija Assunta. Nistgħu ngħidu li l-festa hi l-isbaħ mument fil-kalendarju annwali tagħna l-Mostin, għax b’xi mod jew ieħor tinvolvina lkoll. Imma fl-istess ħin, żmien il-festa hu l-aktar żmien impenjattiv għal diversi minna. Kemm ninvestu ħin u enerġija biex f’dawn il-ġranet nagħmlu xi ħaġa li tixraq! Kemm persuni jissagrifikaw il-vaganzi tagħhom ta’ matul is-sajf biex jagħtu sehemhom ħalli jkollna l-festa li jkollna! Dan juri l-imħabba tagħna mhux biss lejn Marija Santissma, imma wkoll lejn ħutna Mostin, lejn Maltin li jingħaqdu magħna, u lejn turisti li jiġu jżuruna. Dan kollu ta’ min jirrikonoxxih u japprezzah. Imma mill-banda l-oħra tajjeb li nkunu għaqlin biżżejjed u naraw ukoll x’effett qed tħalli din l-okkażjoni fil-komunità Mostija. Ta’ min inħarsu lejn ir-riżultati li qed ikollna bil-ħidmiet bla serħan tagħna. Mhux biżżejjed li nieħdu gost matul il-ħmistax tal-festa, għax inkella jispiċċa kollox mal-lejla tal-15 ta’ Awwissu! Hu ta’ importanza akbar li ż-żmien tal- festa jgħinna biex ngħixu l-ħajja tagħna ta’ kuljum b’aktar impenn u ħeġġa. Dak li nagħmlu għandu joħloq fostna ambjent li jkompli jimliena b’imħabba lejn Alla u lejn xuxlin kif kienet tagħmel ommna Marija. Jekk naħdmu biex bejnietna jkun hemm aktar ambjent ta’ familja nkunu qed ninqdew tajjeb b’dan iż-żmien ta’ festa u nkunu qed ninvestu f’dak li jibqa’. Għalhekk l-appell tiegħi hu biex din il-festa tkun okkażjoni oħra fejn napprezzaw il- ħidmiet ta’ xulxin, naħdmu f’koordinament sħiħ bejnietna, u nfittxu li nibżgħu għal kull persuna. Irridu nagħmlu ħilitna kollha biex ħadd, lanqas persuna waħda biss, ma tkun diżappuntata jew imweġġgħa minħabba xi kelma jew xi għaġir tagħna. Faċli ħafna li dan jiġri, għax jista’ jkun sieħbek stess li ilek taħdem miegħu sena sħiħa, li forsi tweġġgħu jew tonqsu f’mument ta’ għejja u tensjoni li tinħakem minnha f’dawn il-ġranet. Imma anke jekk dan jiġri nieħdu ħsieb li nirranġaw mill-ewwel dik is-sitwazzjoni; b’hekk inkunu qed inġibu l-imħabba ta’ bejnietna qabel l-istess attivitajiet li nagħmlu. Dan hu l-akbar ġieħ li nistgħu nagħtu lil Ommna Marija mtellgħa fis-sema. Hi li ħabbet lill-oħrajn bħalha nfisha, għax kienet tħobb tassew lil Alla b’qalbha kollha, b’ruħha kollha, bil-ħsieb tagħha kollu u b’dak kollu li kienet. Jalla lkoll nagħmlu pass ieħor ’il quddiem fil- mixja spiritwali tagħna permezz ta’ dak kollu li se ngħixu matul dawn il-ġranet. F’isem il-kleru Mosti u f’isem il-Kunsill Pastorali Parrokkjali nawgura l-festa t-tajba kollha. lill-Mostin kollha. l-Festa t-Tajba lill-Mostin Nawgura FESTA 2023 17
Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu Il-Perit Christopher Grech Messaġġ mis-Sindku Il-festa b’impenn għal Mosta aħjar Il-festa kull sena tlaqqagħna bħala familji u ħbieb f’komunità biex niċċelebraw is-sabiħ kollu li bdew missirijietna u li flimkien għandna dmir inkomplu nħarsu u nsostnu. Il- funzjonijiet, il-baned, il-briju, il-purċissjoni, in-nar u kull ħaġa oħra huma kollha espressjoni ta’ dak li aħna u tal-patrimonju tagħna. Sabiħ li niċċelebraw imma jkun ferm isbaħ li nirrispettaw lil xulxin billi nkunu moderati kif niċċelebraw. Ir-rispett u l-moderazzjoni huma valuri li jgħoddu għas-sena kollha u mhux fil-ġranet tal-festa biss. Kemm dawk li jemmnu bħalna fl-aspett reliġjuż u kemm dawk li jħarsu biss lejn il-ħajja ċivika, irridu nqisu li aħna individwi li ngħixu u nirnexxu bħala komunità. L-impenn kollettiv ma jirnexxix bl-egoiżmu, imma bil-kooperazzjoni. Il-kumdità, l-indafa u l-ordni jħobbhom kulħadd u kulħadd fid-dover jagħti sehmu biex dawn il-valuri jkunu fatti konkreti għal kulħadd. Hemm regoli naturali li jitwieldu magħna u hemm oħrajn leġislattivi li jinbnew tul is-snin li flimkien jirregolaw l-imġieba individwali tagħna. Is-sens ta’ impenn kollettiv huwa l-ewwel dover li jispira lilna bħala Kunsill Lokali - gvern lokali li jħoss is-sens ta’ servizz lir-residenti kollha. Kull Kunsill li kellna tul l-aħħar tletin sena għamel li seta’ biex iwettaq dan l-impenn skont iċ-ċirkostanzi. L-istess il- Kunsill immexxi minni, anzi bil-kuraġġ li nidħlu għal proġetti aktar radikali u mpenjattivi li jindirizzaw problemi li akkumulaw tul ħafna snin. Irridu nevitaw li nibqgħu nintervjenu biss meta jinqala’ l-bżonn, imma nippjanaw għat-tul biex ix-xogħol ma’ jkunx biss tal-mument. Nilqgħu għall-emerġenzi minn issa biex nevitawhom ‘il quddiem. Il-proġett attwali għall-pjazza u l-akkwati li jwasslu għaliha huwa wieħed laborjuż ferm u jitlob sengħa, sistemi tekniċi fil-fond u spejjeż kbar li jistgħu jitwettqu biss bl-appoġġ tal-gvern ċentrali u l-aġenziji tiegħu. Aħna konxji li kull proġett fl-infrastruttura joħloq inkonvenzi għax xejn ma jsir mil-lum għal għada jekk irridu li jkun progett serju. Għal dan niskużaw ruħna imma fl-istess ħin napprezzaw li kulħadd jifhem il-bżonn u jikkopera kemm jista’. Jiena personalment impenjat li nissorvelja x-xogħol kontinwament u nesiġi li kollox isir biex iservi għat-tul bla ma jieħu żmien iktar milli mistenni biex jitlesta. Dan mhux proġett kosmetiku, imma bżonn li ilu jinħass. Nemmen li r-residenti Mostin jifhmu l-isfidi li jrid jiffaċċja l-Kunsill. Il-Mosta hija belt residenzjali dejjem tikber kif ukoll ċentru kummerċjali importanti. Hija wkoll attrazzjoni turistika kbira - l-aktar bir-Rotunda monumentali tagħna u l-pjazza sabiħa. Il-Mosta hija wkoll arterja ewlenija għat-traffiku f’direzzjonijiet varji. Hija sfida kontinwa li rridu nsibu bilanċ għal dawn il-fatturi kollha. Imma l-iskop finali huwa li nipproteġu lir-residenti u l-ambjent naturali u soċjali Mosti. Dan l-impenn huwa l-akbar skop tal-ħidma tagħna bħala Kunsill! 20 FESTA 2023
Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu Bħala Sindku, Kunsillieri u ħaddiema, aħna konvinti minn dan kollu. Is-servizzi kollha li noffru huma x-xewqat realistiċi li noffru anki għal żmien il-Festa ta’ Marija Assunta. Għalhekk li f’isem sħabi l-Kunsillieri u l-impjegati kollha u f’isem il-familja tiegħi u ħbieb, nixtieq lil kulħadd festa mill-isbaħ li tkompli tesprimi l-ħsieb u l-qalb tagħna bħala komunità Mostija. Awguri lill-komunità Mostija. Triq Na©©ar, Mosta • Tel: 27410170 Mob: 9949 8461 Prop. Mark Borg FESTA 2023 21
Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu Maria Pia Bonnici Mill-pinna tas-Segretarju Seddaqna sens ta’ għaqda 1983, l-annu li fih ra t-twelid tas-Soċjetà Piroteknika 15 t’Awwissu Mosta, propju fit-8 t’Awwissu ta’ 40 sena ilu. Illum propju fl-40 sena anniversarju, qiegħda hawn magħkom fl-irwol ta’ Segretarju. Irwol li fih responsabilità, però kif ukoll sodisfazzjon, għaliex nara aktar mill-qrib din is-soċjetà li kbirt fiha tħalli l-frott qalb il-komunità Mostija b’suċċess. Is-sena 2022/2023, sena tassew impenjattiva għalina, hekk kif minn ftit ġranet wara l-festa f’Awwissu 2022 bdew il-preparamenti għall-anniversarji li propju ser niċċelebraw fil-ġimgħat li ġejjin. 40 sena Soċjetà u 20 sena Kummissjoni Żgħażagħ. Flimkien bħala soċjetà mal-komunità Mostija qegħdin niċċelebraw dak kollu li għaddejna minnu bħala għaqda. Fit-tajjeb u fil-ħażin hekk kif wieħed iwiegħed, wegħdu wkoll dawk il-membri tagħna, dawk il-membri li ilhom preżenti fostna sa mill-ewwel ġurnata u għadhom jagħtu l-ħin tagħhom, fil-kumitat jew fil-kamra tan-nar sal-ġurnata tal-lum, dawk il-membri li għal xi raġuni jew oħra il-ħin tagħhom ġie limitat iżda xorta għadhom hemm jagħtu s-sapport morali tagħhom u l-pariri siewja u dawk il-membri żgħażagħ li qegħdin ukoll jiċċelebraw 20 sena bħala parti importanti minn din is-soċjetà. Li kieku ma kinux huma, żgur ma stajniex inkunu hawn nitkellmu fuq l-40 sena anniversarju. Wieħed jistaqsi x’jagħmilna soċjetà? L-għaqda li tiġi msarrfa f’ħidma, hi dik li tagħmilna dak li aħna, vera l-isem jgħajjat Soċjetà Piroteknika, u l-piroteknika huwa l-qofol ta’ kollox, il-pirotekniċi tagħna, tal-lum u tal-passat, u dawk li ħallewna li ħadmu qatigħ f’riskju u sagrifiċċju, dawk huma l-qofol ta’ din is-Soċjetà. Iżda dak li jagħmilna soċjetà, dak li bih nissejħu għaqda huma l-membri kollha tagħna, il-kummissjonijiet kollha li jaqgħu taħt il- kumitat ċentrali u intom il-Mostin li dejjem sibniekom warajna f’kull pass li għamilna. L-attivitajiet li jiġu organizzati, li nistgħu ngħidu matul is-snin kibru għal attivitajiet kbar li daħlu sew fil-kalendarju kulturali tal-Mosta. Għalhekk aħna nissejħu Soċjetà, għaliex fil-komunità Mostija seddaqna sens ta’ għaqda bis-saħħa ta’ dak kollu li nagħmlu flimkien. 40 sena ilu għaqdiet bħal tagħna kienu għaqdiet fejn jinġabru l-pirotekniċi u jlestu l-ħarqa għal festa tagħna, illum 40 sena wara qegħdin ninġabru mal-familji tagħna s-sena kollha, permezz ta’ ikliet, attivitajiet għat-tfal, ġiti barra minn xtutna, u bejgħ ta’ prodotti tul l-istaġuni kollha. Mela llum nistgħu ngħidu li soċjetà bħal tagħna hija soċjetà għall-familja kollha…u hawnhekk jasal l-appell tiegħi. Ma nħallux din l-għaqda, din il-komunità tispiċċa, ejjew nrawmu l-volontarjat fost it-tfal tagħna, ejjew inkomplu nkattru l-volontarjat li jagħti fina u fil-komunità tagħna valuri sbieħ ta’ għaqda. Ma nistax nagħlaq mingħajr ma nirringrazzja lil sħabi tal-kumitat ċentrali li afdawni b’din ir-responsabilità, lill-membri pirotekniċi tagħna, grazzi tas-sagrifiċċju li qegħdin twettqu b’kapaċità kbira, sabiex inkunu nistgħu ngawdu tassew din l-arti. Lill-membri tal- kummissjonijiet diversi tagħna għas-suċċessi kollha li tibqgħu tiksbu sena wara l-oħra, u 24 FESTA 2023
Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu l-familji tagħna li dejjem kienu hemm warajna sabiex jagħtuna s-sapport tagħhom tul is- snin. Minn hawn nħarsu ’l quddiem għal 40 sena oħra ta’ ħidma b’risq il-komunità u l-festa tant għażiża tagħna. L-festa t-tajba lil kulħadd. Viva tal-H-mistax! Viva Santa Marija! John’s Garage Auto Electrical Repairs Micalle‘fParifsilHlinoguasen’d, repairs of A.C. Alan Salvu Zahra Street, Mosta, Malta Tel: 2141 3553 • Mob: 9946 0444 IT-TALI Joseph - 99463132 Hermia - 99855517 Jonathan - 99868055 FESTA 2023 25
Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu 28 FESTA 2023
Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu Luke Borg Appell mill-Assistent Teżorier Niġbdu ħabel wieħed! Filwaqt li nsellem lill-qarrejja b’dan il-messaġġ, nibda billi nirringrazzja lill-membri sħabi tal-kumitat attwali tal-fiduċja u nkoraġġiment sabiex inkun parti sostanzjali fit- tmexxija u responsabilità finanzjarja ta’ din is-Soċjetà. Ta’ kull sena soċjetajiet bħalma hi tagħna trid toħloq ideat ġodda kif iġġib iżjed fondi sabiex intellgħu programmi xierqa ta’ nar tal-ajru u tal-art li hu l-bażi u l-qofol li fuqha nbniet din l-istess soċjetà. Hawnhekk infakkar u nfaħħar lil sħabi tal-għajnuna u koperazzjoni sħiħa li nsib mingħandhom sabiex inkunu niġbdu ħabel wieħed f’diversi attivitajiet kollettivi li jirrendu b’donazzjonijiet u sostenituri oħra b’reklami u sponsors għal diversi okkażjonijiet. Bħalma jaf kulħadd is-sena 2022 ma kinitx waħda feliċi minħabba l-inċident sfortunat li għaddejna minnu f’4 ta’Ġunju 2022. Il-ħsarat fil-kumpless kienu diversi u hawn nirringrazzja l-ewwel lil Marija Santissima li żammet idejha fuqna u ma kienx hemmx fatalijtajiet, u lis- sostenituri għall-għajnuna kbira li rċevejna fejn tidħol rikostruzzjoni tal-ħsarat estensivi u bidliet ta’ kmamar u soqfa, ħsara li b’kuraġġ ta’ kull min kien involut fil-ħidma reġa poġġa l-kumpless għal-livell li għandu jkollu post tan-nar modern. Filwaqt li tlesta dan ix-xogħol ta’ rikostruzzjoni beda jsir ċertu ħlas ta’ danni lil terzi minħabba l-ħsara li ġarrbu iżda fuq din għadna nħallsu bil-mod għax kien żmien il-qamħ u la nħaraq, min intlaqat għandu jitħallas. Ħsarat oħra saru f’ċerti għodda li tiswa ħafna flus (eż. forom tal-pressa tal-istilla). Hawnhekk ukoll mexjin u l-għajnuna mingħand Arts Council Malta tista’ ttaffi xi ftit mill-ispejjeż għal dan il-għan. Jiena nagħmel appell f’isem is-soċjetà biex tkomplu ssegwu, u tattendu l-attivitajiet organizzati minnha sabiex inkunu nistgħu nibqgħu nsebbħu l-festa għażiża tagħna. Nixtieq nagħlaq dan il-messaġġ billi nirringrazzja lil kull min hu membru u nħeġġeġ oħrajn biex jissiebħu magħna. Nawgura l-festa tajba lill-Mostin kollha. Viva Santa Marija u Viva tal-Ħmistax. Inħeġġu lill-membri u l-partitarji tas-Soċjetà biex iħallsu l-miżata u/ jew jissieħbu bħala membri biex ilkoll jgħinuna nkomplu namministraw u mmexxu ’l quddiem proġetti fejjieda. FESTA 2023 29
Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu Metro Tyres Jeffrey Ebejer Tyre Sales, Wheel balancing & alloy wheel sales (+356) 2143 2009 Constitution Street, Mosta [email protected] Sqaq is-Sriedaq, San Pawl tal-Qlejg˙a, Mosta, Malta Tel/Fax: +356 2143 3388 • Mobile: +356 9948 9403 Email: [email protected] Prop. John Fenech Specialist in Diesel Fuel Injection Now specialising in Commonrail Diesel Systems & Flow Bench DPF Cleaner MOSTA BAR for Snacks & Light Meals 182, Main Street, Mosta Tel: 2143 7591 32 FESTA 2023
Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu Fr David Muscat Ħsieb tad-Direttur Spiritwali Ħalluhom it-tfal jiġu għandi. (Mattew 19,14) Iktar kemm jgħaddi żmien, iżjed tintebaħ kemm fis-soċjetà Maltija n-nies qed ikunu waħedhom. Mhijiex xi ħaġa ta’ Malta biss, anzi ta’ min jgħid li l-Maltin u l-Għawdxin irreżistew aktar dan il-fenomenu kiefer tal-individwaliżmu. Qed jiġri hekk minkejja l-ħafna mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali li jżidu l-kuntatt bejn in-nies. Il-fatturi għal dan huma bosta. Il-familji ċkienu ħafna. Bosta jiftakru l-familji tan- nanniet u taz-zijiet fejn kienu jgħoddu sitta, tmienja, għaxart jew aktar aħwa b’ċorma kuġini jilgħabu flimkien jew villeġġatura. Illum meta mmur San Pawl il-Baħar ħdejn is-Sirens, nagħlaq għajnejja u niftakar l-imgħoddi fejn ma kontx issib rokna vojta mill-Veċċa sal-Gillieru. Tfal u tfal u żgħażagħ jaqbdu ma’ xulxin. L-istess pixxina li kienet bl-ilma baħar fejn konna nitrenjaw għall- waterpolo kien bil-ħaxix, xi ħuta, xi rizza u xi brama wkoll … li dlonk konna naqbduha b’kopp biex inħalluha tinħall fix-xemx fuq il-blat jaħraq. Tmur illum u t-tfal tgħoddhom fuq subgħajk. Nittawwal ġol-pixxina l-ġdida ta’ ġmiel liema bħalu imma ma narax il-gżuż ta’ tfal kif konna dari. Illum huma ftit, tal-mixtla, iħallsu u bosta minnhom saru jitkellmu bl-Ingliż u mhux bil-Malti. Miniex qed noħlom b’xi nostalġija għal xi imgħoddi jew inkella qed ngħid li qabel konna aħjar. Hawn min jagħmel hekk u jista’ jkollu raġun u jista’ le. In-nisrani jgħix il-waqt ta’ issa. Dan kollu qed jidher fil-festi tal-irħula wkoll. Ma’ kappillani ta’ rħula żgħar nitkellem meta niltaqgħu f’xi laqgħat li jkollna jew okkażjonijiet importanti. Kollha jgħiduli kemm naqsu u naqsu t-tfal u ż-żgħażagħ mill-volontarjat. Dan mhux għax il-ftit li hawn ma jħobbux il-festa jew il-patruna imma għaliex lanqas tfal ma baqa. Tabilħaqq skont l-istatistika tal- Eurostat Malta għandha l-inqas rata tat-twelid fl-Ewropa għaliex hija xi 1.1%. Kappillan ta’ raħal ċkejken qalli li għall-preċett kulma kellu tfal kienu ħdax. Ftit xhur ilu ġibt għaz- zuntier tal-kappella tal-Isperanza bankijiet li kienu jintużaw għad-duttrina li kienu f’qasam tal-Mużew li kellu jagħlaq … għax tfal f’dak ir-raħal ma baqax. Induru lejn Ommna Marija Santissima biex mingħandha nimtlew bit-tama nisranija. Jekk il-qofol tal-festa ma jkunx Alla u Ommu nistgħu ma nagħmlu xejn. Jekk Alla ma jkunx il-qofol ta’ kulma jagħmel in-Nisrani, la Rotunda sabiħa ma konna nirtu mingħand missirijietna li għax emmnu bnew dan it-tempju u lanqas aħna issa ma nixxierku fiha matul is-sena u fil-ġrajjiet kbar tal-fidi. Ġesù kien qal: “meta nerġa niġi se nsib fidi fuq din l-art?’’ (Luqa 18,8). Jekk it-tweġiba tkunx iva jew le jiddependi minnek. FESTA 2023 33
Tislima mis-Soċjetà f ’Jum l-Assunta mill-gallarija tal-Każin bl-Ave Marija kantata minn Mary Spiteri Fuq inizjattiva tal-Kunsilliera Maria Pia Bonnici C & S Vella Transport of Water No.3, Triq il-Battaljun, Santa Margerita, Mosta MST 2726 Charlie 9949 5750 ShanPaul 79495750 [email protected] Animals are family... Their Needs are Our Priority! Triq id-Difiża Ċivili Mosta Phone: 27200245 Email: [email protected]
Deputat Parlamentari Rebekah Borg 77 802 806 rebekahborg.com
Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu J. VELLA Ta’ Çomba Stone Works The Beginning of a New Stoneage Factory: Triq ir-Razzett l-A˙mar, l-Iklin • Tel: 21432352 Opening Hours 6:30am till 3pm Mobile: 9947 7167 Email: [email protected] www.jvellastoneworks.com J VELLA Stoneworks For All Kind of Stone Works 36 FESTA 2023
Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu Charlie Sammut Messaġġ mid-Direttur tal-Każin Fil-Każin għaddej xogħol ta’ tisbiħ Huwa ta’ pjaċir li għall-ewwel darba qed nikteb dan il-messaġġ tiegħi f’dan l-annwal ta’ din is-Soċjetà. Ma nistax ma nibdiex billi nirringrazzja lill-sħabi tal-Kumitat Ċentrali għal din il-kariga li għoġobhom jagħtuni r-responsabbiltà tal-kariga ta’ direttur li flimkien mal-assistenti tiegħi s-Sur Kevin Cutajar u s-Sur Dennis Caruana naħdmu u nikkolaboraw flimkien f’dak kollu li nagħmlu. Matul din s-sena ġewwa l-Każin għaddej xogħol ta’ tisbiħ fl-entratura li se tkompli tagħti dehra isbaħ. Hawn irrid nieħu l-okkażjoni u nirringrazzja lil dawk kolha li kienu ta’ għajnuna f’dan ix-xogħol ta’ tisbiħ, fost dawn hemm id-direttur ta’ Hall Mann Vella, is-Sur Mark Vella, għal rinovazzjoni estensiva tal-irħama tal-Presidenti, is-Sur Ronald Mallia u s-Sur Noel Laus għal xkatlar tal-vetrini u l-bieb tal-injam, is-Sur Kevin Cutajar għal xkatlar ta’ ġebel u fil, is-Sur Matthew Tanti għat-twaħħil ta’ dawl u s-Sur Justin Camilleri għal xogħol ta’ gypsum. Xogħol ieħor li sar kien hemm it-tiswija ta’ bnadar, grazzi għas-Sinjura Rose Camilleri li dejjem toffri dan minn qalbha. Jekk alla jrid għal din is-sena se nkunu qegħdin inżanżnu tliet proġetti oħra li se jkunu qed jimmarkaw iċ-ċelebrazzjoni tal-40 sena anniversarju fost dawn hemm: arblu ta’ 60 pied għall-faċċata tal-Każin; dan ix-xogħol sar mis-Sur George Tonna u donazzjoni tas-Sur George Grima (Swejda); bandiera prima tas-Soċjetà ġdida għal fuq l-arblu l-ġdid kif ukoll se tiżżanżan statwa ġdida ta’ Marija Assunta lifesize xogħol tal- Mosti Shaun Saliba - aktar tard tiġi poġġuta f’niċċa fis-sede tas-Soċjetà stess. Nagħlaq il-messaġġ tiegħi billi niringrazzja lill-membri attivi ta’ din is-soċjetà u lil dawk Viva Santa Marija!kollha li jkunu ta’ għajnuna meta jiġu mitluba. Mosta Bacon Co. Ltd. Tel: (+356) 2141 4637 115, Hope Street, 2143 2102 Mosta MST 1306, Malta E-mail: [email protected] Fax: (+356) 2143 3569 Web: www.mostabacon.com FESTA 2023 37
NAWGURALKOM IL-FESTA T-TAJBA t 9939 5628 e [email protected] @drmiriamdalli @drmiriamdalli miriamdalli
Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu Zikkin Garage Upholsterer Also fixing all type of wind screens CLAUDIO SANT 192, Hope Street, Mosta • Tel: (+356) 2141 9256 • Mob: (+356) 7941 9256 Email: [email protected] Specialists in Cosworth, RS Turbos & Turbo Diesel Engines Triq it-Tenut ix-Xagħri, Mosta Tel/Fax: 2141 7586 • Mob: 9947 0475 Laguna Seca Anthony Pirotta Filling Station Wholesaler & Retailer of Models, Constitution Street, Mosta Toys & Swimming Equipment Parts & Accessories 29/31 Triq il-Wied, Mosta Tel: 2143 3297 Prop. E. Zammit Tel: 2141 0545 40 FESTA 2023
Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu Ryan Fenech Chairperson Mill-Kummissjoni Żgħażagħ Din hi l-ħames u l-aħħar sena tiegħi li ħa nkun qiegħed immexxi din il-Kummissjoni tant għal qalbi. Il-Kummissjoni Żgħażagħ tieħu ħsieb li fil-bidu tal-ħidma tagħha tħejji programm ta’attivitajiet li huma ntiżi sabiex jinġabru kemm jista’jkun fondi għall-ħidma tas- Soċjetà.Dawn speċjalment jinkludu ikliet ta’ kull xahar li jkun fihom ammont konsiderevoli ta’ preparamenti sabiex ir-riżultat ikun sodisfaċenti. Hawnhekk irrid nirringrazzja lill- Kummissjoni Nisa tal-kollobarazzjoni tagħhom matul dawn l-attivitajiet, kif ukoll lil ħafna sostenituri li jattendu għalihom bi ħġarhom. L-ewwel impenn tal-Kummissjoni f’Ottubru kienet Penalty Shootout li kien ta’ suċċess. Hawnhekk irrid nirringrazzja lill-kunsillier Mosti Joseph Gatt talli għoġbu jisponsorja din l-attività. F’nofs Novembru għamilna Billiard Tournament li kien ta’ suċċess ukoll. Hawnhekk irrid nirringrazzja lil Onorevoli Romilda B. Zarb talli għoġobha tisponsorja din l-attività.Wieħed mill-impenji l-kbar fi ħdan il-Kummissjoni Żgħażagħ huwa l-kalendarju sabiħ u attraenti li jsir fil-bidu ta’ kull sena ġdida. Dan jinkludi ħafna xogħol, kemm ta’ ġbir ta’ reklami, kif ukoll ta’ ritratti interessanti u editjar tagħhom. Ir-rispons għalih ikun wieħed tajjeb ħafna u għaldaqstant, irrid nirringrazzja lil kull min jirreklama fih. Fil-jiem sbieħ tal-Milied il-Kummissjoni tieħu ħsieb ukoll l-armar tal-faċċata tas-sede. Din is-sena morna nerġgħu narmaw l-arbli fi tliet żoni fil-Mosta biex jintrama d-dawl tal-Milied. Kif bdew joqorbu l-jiem għeżież tal-Ġimgħa Mqaddsa din is-sena bdejna naħdmu li ntellgħu wirja sagra. Fit-30 ta’ Marzu ftaħna l-wirja li ġiet imtella fis-sala Marija Assunta ġewwa l-każin. Għamilna sett pavaljuni ġodda għall-bejgħ għal mal-gallariji tal-familiji Mostin li nista’ ngħid kien ta’ suċċess. Għaż-żmien tal-festa għamilna sett pavaljuni u bnadar ġodda. Din is- sena wieħed mill-proġetti l-kbar kien l-arblu tas-sede tas-soċjetà. Ma nistax ma nirringrazzjax lill-benefatturi kollha li bis-saħħa tagħhom seta’ jinxtara l-arblu u lill-mastrudaxxa George Tonna li ħadem fuqu b’tant dedikazzjoni. Il-Kummissjoni Żgħażagħ ħadet ħsieb li jkun hemm kollox lest għal dan l-arblu fosthom il-fustun ġdid. Nixtieq nagħmel appell li fit-12 ta’Awwissu l-familji Mostin jinżlu quddiem is-sede għas-sorpriża li ħa tfakkar għoxrin sena mill-Kummissjoni Żgħażagħ. Nagħlaq billi nirringrazzja lill-sħabi tal-Kummissjoni ta’ dawn il-ħames snin ta’ ħidma u suċċessi, sħabna tal-Kummissjoni Nisa u lill-Kumitat Ċentrali li dejjem kienu ta’ spalla għalina fl-attivitajiet li norganizzaw. Il-festa t-tajba lill-Mostin kollha! u Viva tal-H-mistax! Viva Santa Marija FESTA 2023 41
Kummissjoni Żgħażagħ Bilqiegħda mix-xellug: Owen Laus, Ryan Fenech, David Brincat u Nathan Vella Bilwieqfa mix-xellug: Matthew Tanti, Lydon Camilleri, Alexander Bartolo, Luke Borg u Jeremy Sultana.
Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu 44 FESTA 2023
Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu Felicia Borg Chairperson Mill-Kummissjoni Nisa Il-Festa 2023, ġabet magħha impenji kbar fost is-soċjetà tagħna, fejn qegħdin niċċelebraw l-40 sena soċjetà. Il-kummissjoni Nisa, ħejjiet programm ta’ attivitajiet fejn introduċejna bosta attivitajiet ġodda u innovattivi għat-tfal tagħna. Jekk wieħed iħares lura lejn il-kalendarju tagħna minn Settembru 2022 sa Awwissu 2023 wieħed jara l-bosta attivitajiet li nistgħu ngħidu kienu kollha ta’ suċċess. Settembru 2022 ġiet organizzata l-ewwel water games għat-tfal. Din saret propju bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Mosta u ħadet postha fil-Triq ta’ wara l-knisja ħdejn il-Bandli Reggie Cilia, attività tassew ħelwa li tfal ħadu gost f’sigħat ta’ logħob b’ilma, snacks u ġelat! F’Ottubru ħejjena l-ewwel Trick or Treat tagħna ġewwa t-toroq fiż-żona ta’ Żokrija, attività oħra li kienet minn tal-ewwel għar-raħal tagħna, fejn b’suċċess kellna ngħidu li l-attività ġiet fully booked u b’diqa kellna nirrifjutaw it-tfal, iżda s-sigurtà ta’ dawk li jattendu dejjem tkun fuq l-ewwel tal-aġenda tagħna. Flimkien ma’ din l-attività saru wkoll il-bejgħ tal-Halloween bags, li jkunu mistennija dejjem minn sena għall-oħra. F’Novembru grazzi għal membri ta’ din il-kummissjoni reġa’ sar il-bejgħ ta’ hekk magħrufa l-Għadam tal-Mejtin….l-għadam tal-lewż - xogħol kollu preparat u msajjar mill-membri tagħna - xi ħaġa li intom sirtu ferm tistennew u dan jidher mill-ammont ta’ ordnijiet li sar ikollna. F’Diċembru rġajna organizzajna l-Festin ta’ tfal, li din is-sena ħa xejra innovattiva u ntlaqa’ tajjeb kemm miċ-ċkejknin kif ukoll mill-ġenituri, fejn flimkien ma’ 80 tifel u tifla, għamilna l-Christmas logs u żejjina l-Christmas cookies. Għal darba oħra ntenni li bi pjaċir kellna ngħidu li din l-attività ġiet fully booked fi żmien qasir. Wasal l-Għid fejn kellna żmien impenjattiv ħafna, fejn ksibna record ta’ bejgħ ta’ qagħaq tal-appostli li nista’ ngħid jinżlu għasel magħkom, u sena wara l-oħra tiġu tixtru ġewwa l-pjazza tal-Mosta. Fl-Għid ukoll grazzi għal membri ta’ din il-kummissjoni jsir il-bejgħ tal-figolli, xogħol kollu magħmul minn idejn in-nisa fi ħdan din il-kummissjoni. B’hekk l-apprezzament tagħkom jagħtina sodisfazzjoni għal dan ix-xogħol kollu volontarju. Din is-sena introduċejna attività oħra ġdida fost it-tfal, din tal-Easter Egg hunt, fejn ntennu li kienet attività li ntlaqgħet tassew tajjeb u ser issib ruħha fil-kalendarju annwali tagħna. L-għan tagħna bħala kummissjoni huwa dak li niġbru l-fondi sabiex is-soċjetà tagħna tibqa’ dejjem ħajja u mixja ’l quddiem. Din is-sena grazzi għal bosta sponsors li ksibna għal kull attività li ħejjejna stajna nagħmlu dan filwaqt li nżommu l-attivatijiet tagħna bi prezz baxx li jilħaq il-but ta’ kulħadd. Żgur li mhux ser nieqfu hawn, bħala kummissjoni ser inkomplu nkabbru l-attivitajiet tagħna u nimlew dejjem aktar il-kalendarju tagħna. Hekk nispiċċa billi nirringrazzja lilkom li dejjem urejtu l-interess u kontu ta’ kuraġġ għalina sabiex nibqgħu attivi fostkom - grazzi mill-qalb. Ma nistax ma nirringrazzjax il-membri tal-Kummissjoni Nisa li jaħdmu s-sena kollha b’mod volontarju sabiex intellgħu dawn l-attivitajiet tant sbieħ. Grazzi u l-festa t-tajba lil kulħadd. FESTA 2023 45
Programm tal-Logħob tan-Nar imtellgħa mis-Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu, Mosta Il-Ħadd 30 ta’ Lulju Jum il-Kwindiċina 11:45am Ħruq ta’ murtalletti. 9:00pm Ħruq ta’ murtalletti, murtali tal- kulur u kaxxa infernali. Il-Ħamis 10 ta’ Awwissu Jum l-Inkurunazzjoni 8:00am Ħruq ta’ murtalletti. 12:00pm Ħruq ta’ murtalletti 9:30pm Ħruq ta’ blalen, murtali tal-beraq, murtali tal-kulur u kaxxi infernali. 11:30pm Ħruq ta’ nar tal-art mekkanizzat u artistiku fi pjazza Rotunda. It-Tlieta 15 ta’ Awwissu Jum il-Festa ta’ Santa Marija 8:45am Ħruq ta’ murtalletti. 11:00am Ħruq ta’ murtalletti. 6:45pm Ħruq ta’ salut, kaxxa infernali u diversi settijiet ta’ murtali. 9:00pm Ħruq ta’ beraq pront, murtali tal- beraq, blalen u murtali tal-kulur.
Search
Read the Text Version
- 1
- 2
- 3
- 4
- 5
- 6
- 7
- 8
- 9
- 10
- 11
- 12
- 13
- 14
- 15
- 16
- 17
- 18
- 19
- 20
- 21
- 22
- 23
- 24
- 25
- 26
- 27
- 28
- 29
- 30
- 31
- 32
- 33
- 34
- 35
- 36
- 37
- 38
- 39
- 40
- 41
- 42
- 43
- 44
- 45
- 46
- 47
- 48
- 49
- 50
- 51
- 52
- 53
- 54
- 55
- 56
- 57
- 58
- 59
- 60
- 61
- 62
- 63
- 64
- 65
- 66
- 67
- 68
- 69
- 70
- 71
- 72
- 73
- 74
- 75
- 76
- 77
- 78
- 79
- 80
- 81
- 82
- 83
- 84
- 85
- 86
- 87
- 88
- 89
- 90
- 91
- 92
- 93
- 94
- 95
- 96
- 97
- 98
- 99
- 100
- 101
- 102
- 103
- 104
- 105
- 106
- 107
- 108
- 109
- 110
- 111
- 112
- 113
- 114
- 115
- 116
- 117
- 118
- 119
- 120
- 121
- 122
- 123
- 124
- 125
- 126
- 127
- 128
- 129
- 130
- 131
- 132
- 133
- 134
- 135
- 136
- 137
- 138
- 139
- 140